Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013FN0039

    Kawża F-39/13: Rikors ippreżentat fid- 29 ta’ April 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 207, 20.7.2013, p. 60–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 207, 20.7.2013, p. 15–15 (HR)

    20.7.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 207/60


    Rikors ippreżentat fid-29 ta’ April 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-39/13)

    2013/C 207/102

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u S. Orlandi, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett

    Annullament tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Kummissjoni b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali l-ġodda ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011 (iktar ’il quddiem id-“DĠI”) u d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment.

    Talbiet tar-rikorrenti

    jannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tagħha tal-24 ta’ Jannar 2013 li huwa intiż għall-applikazzjoni tad-DĠI u tar-rati attwarjali fis-seħħ fil-mument tat-talba tagħha għat-trasferiment tad-drittijiet tagħha għall-pensjoni;

    jannulla d-deċiżjoni tal-11 ta’ Lulju 2011 tal-PMO, li tapplika l-valuri attwarjali maħruġa mid-DĠI l-ġodda;

    jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


    Top