Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0551

    Kawża C-551/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Cagliari (l-Italja) fil- 25 ta’ Ottubru 2013 — SETAR vs Comune di Quartu S. Elena

    ĠU C 377, 21.12.2013, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 377/9


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Cagliari (l-Italja) fil-25 ta’ Ottubru 2013 — SETAR vs Comune di Quartu S. Elena

    (Kawża C-551/13)

    2013/C 377/17

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Commissione Tributaria Provinciale di Cagliari

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: SETAR — Società Edilizia Turistica Alberghiera Residenziale

    Konvenut: Comune di Quartu S. Elena

    Domandi preliminari

    Tmur kontra d-dritt Komunitarju, ir-regola stabbilita permezz tal-Artikolu 188 tad-Digriet Leġiżlattiv 152/2006 u permezz tad-Digriet tal-Ministeru tal-Ambjent tas-17 ta’ DiċembruFrar 2009 li tistabbilixxi li d-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni li tittrasponi d-Direttiva 2008/98/KE (1) għandu jiġi pospost sakemm jinħareġ id-Digriet Minsterjali li jistabbilixxi l-modalità teknika u t-termini tad-dħul fis-seħħ tal-imsemmija leġiżlazzjoni ta’ traspożizzjoni?


    (1)  Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 312, p. 3)


    Top