This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CN0529
Case C-529/13: Request for a preliminary ruling from the Verwaltungsgerichtshof (Austria) lodged on 8 October 2013 — Georg Felber v Bundesministerin für Unterricht, Kunst und Kultur
Kawża C-529/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit- 8 ta’ Ottubru 2013 — Georg Felber vs Bundesministerin für Unterricht, Kunst und Kultur
Kawża C-529/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit- 8 ta’ Ottubru 2013 — Georg Felber vs Bundesministerin für Unterricht, Kunst und Kultur
ĠU C 15, 18.1.2014, p. 3–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
18.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 15/3 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-8 ta’ Ottubru 2013 — Georg Felber vs Bundesministerin für Unterricht, Kunst und Kultur
(Kawża C-529/13)
2014/C 15/03
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Georg Felber
Konvenuta: Bundesministerin für Unterricht, Kunst und Kultur
Domandi preliminari
|
(1) |
Bla ħsara għall-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u għall-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE (1), tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, il-fatt li, għall-finijiet tal-kalkolu tal-punti għall-irtirar ta’ uffiċjali, jittieħdu inkunsiderazzjoni biss il-perijodi ta’ studji li l-uffiċjal ikun wettaq f’kulleġġ jew fi stabbiliment ta’ edukazzjoni teknika jew professjonali wara li jkun għalaq l-età ta’ 18-il sena, fejn in-numru ta’ perijodi ma huwiex determinanti biss għad-dritt għal pensjoni iżda wkoll għall-ammont tagħha u fejn il-pensjoni inkwistjoni (pensjoni globali) tkun ikkunsidrata, fid-dritt nazzjonali, bħala remunerazzjoni li tibqa’ titħallas fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ servizz taħt id-dritt pubbliku li tibqa’ fis-seħħ anki wara li l-uffiċjal joħroġ bil-pensjoni tal-irtirar, jimplika inugwaljanza fit-trattament (diretta) ibbażata fuq l-età fis-sens tal-Artikolu 21(1) tal-Karta u tal-Artikolu 2(1) u (2)(a) tad-Direttiva? |
|
(2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, uffiċjal jista’, fl-assenza ta’ ġustifikazzjoni fis-sens tal-Artikolu 52(1) tal-Karta u tal-Artikolu 6 tad-Direttiva (ara, f’dan ir-rigward, it-tielet domanda), jinvoka l-applikabbiltà diretta tal-Artikolu 21 tal-Karta u tal-Artikolu 2 tad-Direttiva fi proċedura intiża sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni perijodi mwettqa qabel id-dħul fis-servizz tiegħu anki meta ma jkunx ħareġ bil-pensjoni tal-irtirar fil-mument meta jibda l-proċedura, u dan fid-dawl tal-fatt, b’mod partikolari, li, skont id-dritt nazzjonali, jekk is-sitwazzjoni legali ma tkunx inbidlet fil-mument meta dan joħroġ bil-pensjoni tal-irtirar, l-effetti legali taċ-ċaħda tat-talba tiegħu għat-teħid inkunsiderazzjoni ta’ dawn il-perijodi jkunu jistgħu jiġu invokati fil-konfront tiegħu fi proċedura għall-kalkolu tal-punti tal-irtirar tiegħu jew meta jressaq talba ġdida għat-teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi inkwistjoni? |
|
(3) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, l-inugwaljanza fit-trattament hija ġġustifikata fis-sens tal-Artikolu 52(1) tal-Karta u tal-Artikolu 6(1) jew (2) tad-Direttiva
|
(1) Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79)