Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0527

    Kawża C-527/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fis- 7 ta’ Ottubru 2013 — Lourdes Cachaldora Fernandez vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS), Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS)

    ĠU C 9, 11.1.2014, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.1.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 9/17


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fis-7 ta’ Ottubru 2013 — Lourdes Cachaldora Fernandez vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS), Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS)

    (Kawża C-527/13)

    2014/C 9/26

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Superior de Justicia de Galicia

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Lourdes Cachaldora Fernandez

    Konvenuti: Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS), Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS)

    Domandi preliminari

    (1)

    Regola interna bħas-seba’ dispożizzjoni addizzjonali, Numru 1, Regola 3(b) tal-Liġi Ġenerali dwar is-sigurtà soċjali Spanjola li tikkonċerna fil-parti l-kbira tagħha kategorija femminili u li tgħid li l-kopertura tal-interruzzjonijiet tal-kontribuzzjoni fil-perijodu ta’ referenza ta’ pensjoni ta’ invalidità permanenti kontributtiva u posterjuri għal xogħol part-time hija kkalkulata skont bażijiet minimi ta’ kontribuzzjoni fis-seħħ imnaqqsa mill-koeffiċjent ta’ tnaqqis relatat max-xogħol part-time ta’ dan l-impjieg li jippreċedi l-interruzzjoni tal-kontribuzzjoni filwaqt li kieku dan kien xogħol full-time ma kienx ikun hemm tnaqqis, hija kuntrarja għall-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE (1), tad-19 ta’ Diċembru 1978, dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali?

    (2)

    Regola interna bħas-seba’ dispożizzjoni addizzjonali, Numru 1, Regola 3(b) tal-Liġi Ġenerali dwar is-sigurtà soċjali Spanjola li tikkonċerna fil-parti l-kbira tagħha kategorija femminili u li tgħid li l-kopertura tal-interruzzjonijiet tal-kontribuzzjoni inklużi fil-perijodu ta’ referenza ta’ pensjoni ta’ invalidità permanenti kontributtiva u posterjuri għal xogħol part-time hija kkalkulata skont bażijiet minimi ta’ kontribuzzjoni fis-seħħ imnaqqsa mill-koeffiċjent ta’ tnaqqis relatat max-xogħol part-time ta’ dan l-impjieg li jippreċedi l-interruzzjoni ta’ kontribuzzjoni filwaqt li kieku dan kien xogħol full-time ma kienx ikun hemm tnaqqis, hija kuntrarja għall-Klawżola 5(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE (2), tal-15 ta’ Diċembru 1997 li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 215.

    (2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267.


    Top