Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0519

    Kawża C-519/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Anotato Dikastirio Kiprou (Ċipru) fis- 27 ta’ Settembru 2013 — Alpha Bank Cyprus Ltd vs Dau Si Senh et

    ĠU C 377, 21.12.2013, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 377/6


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Anotato Dikastirio Kiprou (Ċipru) fis-27 ta’ Settembru 2013 — Alpha Bank Cyprus Ltd vs Dau Si Senh et

    (Kawża C-519/13)

    2013/C 377/11

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Qorti tar-rinviju

    Anotato Dikastirio Kiprou

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Alpha Bank Cyprus Ltd

    Konvenuti: Dau Si Senh, Alpha Panareti Public Ltd, Susan Towson, Stewart Cresswell, Gillian Cresswell, Julie Gaskell, Peter Gaskell, Richard Wernham, Tracy Wernham, Joanne Zorani, Richard Simpson

    Domandi preliminari

    (1)

    In-notifika tal-formola standard skont ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 (1) hija meħtieġa fil-każijiet kollha jew jista’ jkun hemm eċċezzjonijiet?

    (2)

    Fil-każ li jitqies li n-notifika hija meħtieġa fil-każijiet kollha, in-nuqqas tagħha f’din il-kawża jikkostitwixxi raġuni għall-invalidità tan-notifika?

    (3)

    Jekk le, huwa konformi mal-ispirtu tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 li n-notifika ssir lill-avukat li qed jirrappreżenta konvenuti li qed jidhru taħt protest, li ntrabat f’dan is-sens mal-klijenti tiegħu? Jew hemm bżonn ta’ notifika ġdida skont il-proċedura prevista fir-Regolament (KE) Nru 1393/2007?


    (1)  Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (ĠU 2007 L 324, p. 79)


    Top