EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0470

Kawża C-470/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit- 2 ta’ Settembru 2013 — Generali-Providencia Biztosító Zrt. vs Közbeszerzési Hatóság — Közbeszerzési Döntőbizottság

ĠU C 367, 14.12.2013, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-2 ta’ Settembru 2013 — Generali-Providencia Biztosító Zrt. vs Közbeszerzési Hatóság — Közbeszerzési Döntőbizottság

(Kawża C-470/13)

2013/C 367/36

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Generali-Providencia Biztosító Zrt.

Konvenut: Közbeszerzési Hatóság — Közbeszerzési Döntőbizottság

Domandi preliminari

(1)

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu l-esklużjoni ta’ operatur ekonomiku mill-parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti pubblika għal motivi differenti minn dawk elenkati fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 2004/18/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], b’mod partikolari għal motivi li jistgħu jkunu ġġustifikati minn raġunijiet relatati mal-protezzjoni tal-interessi pubbliċi, mal-interessi leġittimi tal-awtorità kontraenti, mal-lealtà tal-kompetizzjoni kif ukoll maż-żamma ta’ kompetizzjoni leali? Fl-affermattiv, l-esklużjoni ta’ operatur ekonomiku mill-parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti pubblika hija konformi mat-tieni premessa tal-espożizzjoni tal-motivi ta’ din id-direttiva kif ukoll mal-Artikoli 18 TFUE, 34 TFUE, 49 TFUE u 56 TFUE, sa fejn dan l-operatur wettaq ksur relatat mal-attività kummerċjali jew professjonali tiegħu kkonstatat permezz ta’ deċiżjoni ta’ qorti li għandha awtorità ta’ res judicata, mogħtija matul il-ħames snin preċedenti?

(2)

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi fin-negattiv għad-domandi 1, id-dispożizzjonijiet tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18, b’mod partikolari dawk tal-punti (ċ) u (d) għandhom jiġu interpretati fis-sens li huwa possibbli li jiġi eskluż mill-parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti pubblika kull operatur ekonomiku li jkun wettaq ksur ikkonstatat minn awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja f’proċeduri ta’ investigazzjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni mibdija minħabba l-attività ekonomika jew professjonali tiegħu u li jkunu ġew imposti fuqu s-sanzjonijiet previsti fil-qasam tal-kompetizzjoni minħabba dan il-ksur?


(1)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).


Top