Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0436

    Kawża C-436/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England and Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) fit- 2 ta’ Awissu 2013 — E. vs B.

    ĠU C 298, 12.10.2013, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 298, 12.10.2013, p. 4–4 (HR)

    12.10.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 298/5


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England and Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) fit-2 ta’ Awissu 2013 — E. vs B.

    (Kawża C-436/13)

    2013/C 298/07

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: E.

    Konvenut: B.

    Domandi preliminari

    (1)

    Fejn tkun seħħet estensjoni tal-ġurisdizzjoni ta’ qorti ta’ Stat Membru fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jikkonċernaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri skont l-Artikolu 12(3) tar-Regolament tal-Kunsill (1), dik l-estensjoni tal-ġurisdizzjoni tkompli tapplika biss sakemm ikun hemm deċiżjoni finali f’dik il-proċedura jew tibqa’ tapplika anki wara li tingħata deċiżjoni finali?

    (2)

    L-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill jippermetti li l-qrati ta’ Stat Membru jittrasferixxu l-ġurisdizzjoni f’ċirkustanzi fejn fil-preżent ma tkun teżisti ebda proċedura legali li tikkonċerna lill-wild?


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243)


    Top