Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0367

    Kawża C-367/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Roma (l-Italja) fl- 1 ta’ Lulju 2013 — Pier Paolo Fabretti vs Agenzia delle Entrate

    ĠU C 260, 7.9.2013, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 260, 7.9.2013, p. 22–22 (HR)

    7.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 260/30


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Roma (l-Italja) fl-1 ta’ Lulju 2013 — Pier Paolo Fabretti vs Agenzia delle Entrate

    (Kawża C-367/13)

    2013/C 260/56

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Commissione tributaria provinciale di Roma (l-Italja)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Pier Paolo Fabretti

    Konvenuti: Agenzia delle Entrate — Direzione Provinciale I di Roma — Ufficio Controlli

    Domanda preliminari

    Il-fatt li jiġi suġġett għall-obbligi ta’ dikjarazzjoni u ta’ tassazzjoni għal finijiet fiskali r-rebħ miksub fi stabbilimenti ta’ logħob ta’ pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea minn persuni residenti fl-Italja, kif jistipula l-Artikolu 67(d) tad-Digriet Nru 917 tal-President tar-Repubblika, tat-22 ta’ Diċembru 1986 (test uniku li jikkonċerna t-taxxi fuq id-dħul) jikser l-Artikolu 49 KE jew għandu jiġi kkunsidrat bħala ġġustifikat minħabba raġunijiet ta’ ordni pubbliku, ta’ sigurtà pubblika jew ta’ saħħa pubblika, fis-sens tal-Artikolu 46 KE?


    Top