Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0297

    Kawża C-297/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht München (il-Ġermanja) fid- 29 ta’ Mejju 2013 — Data I/O GmbH vs Hauptzollamt München

    ĠU C 260, 7.9.2013, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 260, 7.9.2013, p. 19–19 (HR)

    7.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 260/21


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht München (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Mejju 2013 — Data I/O GmbH vs Hauptzollamt München

    (Kawża C-297/13)

    2013/C 260/36

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Finanzgericht München

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Data I/O GmbH

    Konvenut: Hauptzollamt München

    Domanda preliminari

    In-nota 2(a) tat-Taqsima XVI (1) tan-Nomenklatura Magħquda (iktar ’il quddiem “NM”) għandha tiġi interpretata fis-sens li merkanzija li tissodisfa r-rekwiżiti kemm sabiex tiġi kklassifikata bħala parti fis-sens tal-intestatura 8473 NM kif ukoll sabiex tiġi kklassifikata bħala merkanzija taħt intestatura oħra tal-Kapitolu 84 NM jew taħt intestatura oħra tal-Kapitolu 85 NM, għandha tiġi kklassifikata f’din l-intestatura l-oħra inkwantu l-intestatura 8473 NM la tipprevalixxi fuq l-intestaturi l-oħra tal-Kapitolu 84 u lanqas fuq l-intestaturi tal-Kapitolu 85 NM?


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), kif emendat bir-Regolamenti (KE) tal-Kummissjoni Nru 2031/2001, tas-6 ta’ Awwissu 2001 (ĠU L 279, p. 1), Nru 1832/2002, tal-1 ta’ Awwissu 2002 (ĠU L 290, p. 1), Nru 1789/2003, tal-11 ta’ Settembru 2003 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 14, p. 3), kif ukoll Nru 1810/2004, tas-7 ta’ Settembru 2004 (ĠU L 327, p. 1)


    Top