EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0287

Kawża C-287/13 P: Appell ippreżentat fis- 27 ta’ Mejju 2013 minn Bilbaína de Alquitranes, SA, Cindu Chemicals BV, Deza, a.s., Industrial Química del Nalón, SA, Koppers Denmark A/S, Koppers UK Ltd, Rütgers Germany GmbH, Rütgers Belgium NV, Rütgers Poland Sp. z o.o. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla Estiża) fis- 7 ta’ Marzu 2013 fil-Kawża T-93/10, Bilbaina de Alquitranes et vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

ĠU C 252, 31.8.2013, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 252, 31.8.2013, p. 13–13 (HR)

31.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/15


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2013 minn Bilbaína de Alquitranes, SA, Cindu Chemicals BV, Deza, a.s., Industrial Química del Nalón, SA, Koppers Denmark A/S, Koppers UK Ltd, Rütgers Germany GmbH, Rütgers Belgium NV, Rütgers Poland Sp. z o.o. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla Estiża) fis-7 ta’ Marzu 2013 fil-Kawża T-93/10, Bilbaina de Alquitranes et vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

(Kawża C-287/13 P)

2013/C 252/23

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Bilbaína de Alquitranes, SA, Cindu Chemicals BV, Deza, a.s., Industrial Química del Nalón, SA, Koppers Denmark A/S, Koppers UK Ltd, Rütgers Germany GmbH, Rütgers Belgium NV, Rütgers Poland Sp. z o.o. (rappreżentant: K. Van Maldegem, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-93/10, u

tannulla d-Deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ED/68/2009 (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”) li tidentifika ż-żift tal-qatran tal-faħam b’temperatura għolja, Numru CAS 65996-93-2 (“CTPHT”), bħala sustanza li għandha tkun inkluża fuq il-Lista tal-kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (“REACH”) (1); jew

sussidjarjament, tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi dwar it-talba għall-annullament tal-appellanti; u

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż kollha ta’ dawn il-proċeduri (inklużi l-ispejjeż quddiem il-Qorti Ġenerali).

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jsostnu li, meta ċaħdet l-applikazzjoni tagħhom għall-annullament parzjali fir-rigward tad-deċiżjoni kkontestata, il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt Komunitarju. B’mod partikolari, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet numru ta’ żbalji fl-interpretazzjoni tagħha tal-qafas legali kif applikabbli għas-sitwazzjoni tal-appellanti. Dan irriżulta fil-fatt li l-Qorti Ġenerali għamlet għadd ta’ żbalji ta’ liġi; b’mod partikolari:

fil-konstatazzjoni li l-kawża hija relatata ma’ fatti xjentifiċi u tekniċi kumplessi u li l-identifikazzjoni taż-ŻQFTGĦ bħala li għandu proprjetajiet PBT u vPvB fuq il-bażi tal-komponenti tiegħu li huma preżenti f’konċentrazzjoni ta’ mill-inqas 0.1 % ma hijiex ivvizzjata bi żball manifest;

li l-komponenti taż-ŻQFTGĦ ma għandhomx ikunu identifikati individwalment bħala li għandhom proprjetajiet PBT jew vPvB b’deċiżjoni separata tal-ECHA fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni bir-reqqa għal dan il-għan; u

li ma kienx hemm ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament

Għal dawn ir-raġunijiet l-appellanti jsostnu li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-93/10 għandha tiġi annullata u d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata.


(1)  Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1).


Top