EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0253

Kawża C-253/13: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Mejju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija

ĠU C 189, 29.6.2013, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/13


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija

(Kawża C-253/13)

2013/C 189/26

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Heller, O. Beynet, P. Mihaylova)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Bulgarija

Talbiet

tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex jiġi traspost l-Artikolu 3(3) u t-tieni paragrafu tal-punt 1(a), kif ukoll il-punti 1(b), (d), (f), (h) u (i), tal-Anness I, tad-Direttiva 2009/73/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE jew, f’kull każ, billi ma informatx lill-Kummissjoni bl-adozzjoni ta’ tali dispożizzjonijiet, ir-Repubblika tal-Bulgarija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 54(1) tal-imsemmija direttiva;

skont l-Artikolu 260(3) TFUE, tikkundanna lir-Repubblika tal-Bulgarija għall-pagament ta’ penalità ta’ EUR 8 448 kull jum, mid-data tad-deċiżjoni li tingħata f’din il-proċedura, minħabba li naqset mill-obbligu tagħha li tikkomunika lill-Kummissjoni l-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2009/73/KE;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Bulgarija għall-ispejjeż.

Dispożittiv

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fit-3 ta’ Marzu 2011.


(1)  ĠU L 211, p. 94.


Top