Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0224

    Kawża C-224/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Cagliari (l-Italja) fis- 26 ta’ April 2013 — Proċeduri kriminali kontra Sergio Alfonso Lorrai

    ĠU C 207, 20.7.2013, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 207, 20.7.2013, p. 4–4 (HR)

    20.7.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 207/13


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Cagliari (l-Italja) fis-26 ta’ April 2013 — Proċeduri kriminali kontra Sergio Alfonso Lorrai

    (Kawża C-224/13)

    2013/C 207/23

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale di Cagliari

    Parti fil-kawża prinċipali

    Sergio Alfonso Lorrai

    Domandi preliminari

    (1)

    L-interpretazzjoni tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tipprekludi l-applikazzjoni tal-Artikoli 70, 71 u 72 tal-kodiċi tal-proċedura kriminali, sa fejn dawn jimponu, ladarba tkun ġiet ivverifikata l-inkapaċità tal-akkużat li jipparteċipa xjentement fil-proċeduri minħabba patoloġija irreversibbli u li ma huwiex ser imur għall-aħjar, li jiġu sospiżi l-proċeduri għal żmien indeterminat, filwaqt li tissottometti l-mard għall-verifiki perizjali fuq bażi regolari?

    (2)

    L-interpretazzjoni tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tipprekludi l-applikazzjoni tal-punt 3 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 159 tal-kodiċi kriminali, sa fejn dan jimponi s-sospensjoni tal-preskrizzjoni għal żmien indeterminat (estiża semestru b’semestru skont l-Artikolu 72 tal-kodiċi tal-proċedura kriminali) fil-każ ta’ akkużati li ma jkunux jistgħu jipparteċipaw xjentement fil-proċeduri minħabba patoloġija irreversibbli u li ma hijiex ser titjieb?


    Top