This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CN0049
Case C-49/13: Request for a preliminary ruling from the Úřad průmyslového vlastnictví (Czech Republic) lodged on 29 January 2013 — MF 7 a.s. v MAFRA a.s.
Kawża C-49/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Úřad průmyslového vlastnictví (ir-Repubblika Ċeka) fid- 29 ta’ Jannar 2013 — MF 7 a. s. vs MAFRA, a. s.
Kawża C-49/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Úřad průmyslového vlastnictví (ir-Repubblika Ċeka) fid- 29 ta’ Jannar 2013 — MF 7 a. s. vs MAFRA, a. s.
ĠU C 141, 18.5.2013, p. 10–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 141/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Úřad průmyslového vlastnictví (ir-Repubblika Ċeka) fid-29 ta’ Jannar 2013 — MF 7 a. s. vs MAFRA, a. s.
(Kawża C-49/13)
2013/C 141/16
Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Úřad průmyslového vlastnictví
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: MF 7 a. s.
Konvenuta: MAFRA, a. s.
Domandi preliminari
(1) |
L-Artikolu 3(2)(d) tad-Direttiva (2008/95/KE) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li sabiex jiġi evalwat jekk applikant għal trade mark aġixxa b’bona fide, huma biss iċ-ċirkustanzi li jkunu seħħew qabel jew fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni, jew ċirkustanzi li jkunu seħħew wara l-preżentazzjoni tal-applikazzjoni jistgħu wkoll jiġu invokati bħala provi insostenn tal-eżistenza tal-bona fide tal-applikant? |
(2) |
Hemm lok li tiġi applikata s-sentenza fil-Kawżi magħquda C-414/99 sa C-416/99 (2), b’mod ġenerali, għall-kawżi kollha li fihom jiġi evalwat jekk il-proprjetarju ta’ trade mark ikunx ta kunsens għal aġir li jista’ jwassal għal telf jew limitazzjoni tad-drittijiet esklużivi tiegħu? |
(3) |
Tista’ tiġi dedotta bona fide fir-rigward tal-applikant għal trade mark sussegwenti mill-fatt li l-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti ikkonkluda ftehim miegħu, fejn ta kunsens għall-pubblikazzjoni ta’ perjodiku stampat b’isem simili għat-trade mark mitluba, ta kunsens għar-reġistrazzjoni ta’ dan il-perjodiku mill-applikant għat-trade mark sussegwenti u offrilu s-sostenn tiegħu għall-pubblikazzjoni tiegħu, anki jekk dan il-ftehim ma jirregolax espressament il-kwistjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali? |
(4) |
Fil-każ fejn l-istess ċirkustanzi li seħħew wara l-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark jistgħu jkunu rilevanti għall-evalwazzjoni tal-eżistenza tal-bona fide tal-applikant għal trade mark, huwa possibbli, sussidjarjament, li tiġi dedotta l-bona fide tiegħu mill-fatt li l-proprjetarju tat-trade mark preċedenti jkun deliberatament ittollera l-eżistenza tat-trade mark kkontestata matul perijodu ta’ mill-inqas għaxar snin? |
(1) Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 299, p. 25).
(2) Ġabra 2001, p. I-8691.