Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0021

    Kawża C-21/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fil- 15 ta’ Jannar 2013 — Simon, Evers, & Co GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Hafen

    ĠU C 114, 20.4.2013, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 114/24


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Jannar 2013 — Simon, Evers, & Co GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Hafen

    (Kawża C-21/13)

    2013/C 114/37

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Finanzgericht Hamburg

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Simon, Evers, & Co GmbH

    Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Hafen

    Domanda preliminari

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 499/2009, tal-11 ta’ Ġunju 2009, li testendi d-dazju definittiv anti-dumping impost bir-Regolament (KE) Nru 1174/2005 fuq l-importazzjonijiet tal-pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjonijiet tal-istess prodott ikkunsinnati mit-Tajlandja, kemm jekk ikun iddikjarat li oriġinaw mit-Tajlandja kif ukoll jekk le (1), huwa invalidu minħabba li l-Kummissjoni, billi naqset milli tosserva l-kundizzjonijiet dwar id-determinazzjoni tal-evażjoni tal-miżuri antidumping, hekk kif jirriżultaw mill-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (2), ikkonkludiet li hemm evażjoni għas-sempliċi raġuni li l-volum tal-esportazzjonijiet korrispondenti mit-Tajlandja żdied b’mod kunsiderevoli wara l-introduzzjoni tal-miżuri, filwaqt li l-Kummissjoni ma għamlet l-ebda konstatazzjoni oħra konkreta fl-assenza ta’ kooperazzjoni mill-esportaturi Tajlandiżi?


    (1)  ĠU L 151, p. 1.

    (2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45.


    Top