This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CJ0002
Judgment of the Court (Third Chamber), 6 February 2014.#Directeur général des douanes et droits indirects and Chef de l’agence de la direction nationale du renseignement et des enquêtes douanières v Humeau Beaupréau SAS.#Request for a preliminary ruling from the Cour de cassation (France).#Common Customs Tariff — Tariff classification — Combined Nomenclature — Chapter 64 — Import of components required for the manufacture of sports footwear — Heading 6404 — Footwear with outer soles of rubber, plastics, leather or composition leather and uppers of textile materials — Heading 6406 — Parts of footwear — General Rule 2(a) for the Interpretation of the Combined Nomenclature — Incomplete or unfinished article having the ‘essential character of the complete or finished article’ — Article ‘presented unassembled or disassembled’ — Explanatory Note for the interpretation of the Harmonised System — Assembly operations and not ‘working operations for completion into the finished state’.#Case C‑2/13.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Frar 2014.
Directeur général des douanes et droits indirects u Chef de l’agence de la direction nationale du renseignement et des enquêtes douanières vs Humeau Beaupréau SAS.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza).
Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Kaptitolu 64 — Importazzjoni ta’ komponenti neċessarji għall-manifattura ta’ żraben iddestinati għall-attività sportiva — Intestatura 6404 — Żraben bil-pettijiet esterni tal-gomma, tal-plastik, tal-ġilda naturali jew artifiċjali u parti ta’ fuq ta’ materjal tat-tessuti — Intestatura 6406 — Partijiet ta’ żraben — Regola Ġenerali 2(a) għall-Interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda — Oġġett inkomplet jew mhux mitmum li għandu l-ʽkarattru essenzjali ta’ l-oġġett komplut jew mitmum’ — Oġġett ‘preżentat mhux armat jew żarmat’ — Nota ta’ Spjega għall-Interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata — Operazzjonijiet ta’ ‘assemblaġġ’ bl-esklużjoni ta’ kull ‘operazzjonijiet ta’ ħidma ta’ natura li tiġi kkompletata l-manifattura ta’ komponenti ddestinati li jkunu assemblati’.
Kawża C‑2/13.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Frar 2014.
Directeur général des douanes et droits indirects u Chef de l’agence de la direction nationale du renseignement et des enquêtes douanières vs Humeau Beaupréau SAS.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza).
Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Kaptitolu 64 — Importazzjoni ta’ komponenti neċessarji għall-manifattura ta’ żraben iddestinati għall-attività sportiva — Intestatura 6404 — Żraben bil-pettijiet esterni tal-gomma, tal-plastik, tal-ġilda naturali jew artifiċjali u parti ta’ fuq ta’ materjal tat-tessuti — Intestatura 6406 — Partijiet ta’ żraben — Regola Ġenerali 2(a) għall-Interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda — Oġġett inkomplet jew mhux mitmum li għandu l-ʽkarattru essenzjali ta’ l-oġġett komplut jew mitmum’ — Oġġett ‘preżentat mhux armat jew żarmat’ — Nota ta’ Spjega għall-Interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata — Operazzjonijiet ta’ ‘assemblaġġ’ bl-esklużjoni ta’ kull ‘operazzjonijiet ta’ ħidma ta’ natura li tiġi kkompletata l-manifattura ta’ komponenti ddestinati li jkunu assemblati’.
Kawża C‑2/13.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2014:48
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla)
6 ta’ Frar 2014 ( *1 )
“Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Kaptitolu 64 — Importazzjoni ta’ komponenti neċessarji għall-manifattura ta’ żraben iddestinati għall-attività sportiva — Intestatura 6404 — Żraben bil-pettijiet esterni tal-gomma, tal-plastik, tal-ġilda naturali jew artifiċjali u parti ta’ fuq ta’ materjal tat-tessuti — Intestatura 6406 — Partijiet ta’ żraben — Regola Ġenerali 2(a) għall-Interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħquda — Oġġett inkomplet jew mhux mitmum li għandu l-‘karattru essenzjali ta’ l-oġġett komplut jew mitmum’ — Oġġett ‘preżentat mhux armat jew żarmat’ — Nota ta’ Spjega għall-Interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata — Operazzjonijiet ta’ ‘assemblaġġ’ bl-esklużjoni ta’ kull ‘operazzjonijiet ta’ ħidma ta’ natura li tiġi kkompletata l-manifattura ta’ komponenti ddestinati li jkunu assemblati’”
Fil-Kawża C‑2/13,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Cour de cassation (Franza), permezz ta’ deċiżjoni tal-4 ta’ Diċembru 2012, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-2 ta’ Jannar 2013, fil-proċedura
Directeur général des douanes et droits indirects,
Chef de l’agence de la direction nationale du renseignement et des enquêtes douanières
vs
Humeau Beaupréau SAS,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),
komposta minn A. Borg Barthet (Relatur), President tal-Awla, E. Levits u M. Berger, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: N. Wahl,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għal Humeau Beaupréau SAS, minn F. Puel, avukat, |
— |
għall-Gvern Franċiż, minn D. Colas u C. Candat, bħala aġenti, |
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Keppenne u B.‑R. Killmann, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tar-Regola Ġenerali 2(a) għall-Interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda li tikkostitwixxi l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kap. 2, Vol. 2, p. 382) fil-verżjoni tagħha fis-seħħ fil-mument tal-fatti (iktar ’il quddiem in-“NM”). |
2 |
Din it-talba ġiet imressqa fil-kuntest ta’ kawża bejn id-Directeur général des douanes et droits indirects kif ukoll ix-Chef de l’agence de la direction nationale du renseignement et des enquêtes douanière u Humeau Beaupréau SAS (iktar ’il quddiem “Humeau”), kumpannija rregolata taħt id-dritt Franċiż, dwar il-klassifikazzjoni fin-NK ta’ komponenti neċessarji għall-manifattrua ta’ żraben iddestinati għall-attività sportiva u importati miċ-Ċina, bejn Mejju 1998 u Novembru 2000. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
3 |
In-NM, imwaqqfa bir-Regolament Nru 2658/87, hija bbażata fuq is-sistema armonizzata għad-deskrizzjoni u l-kodifikazzjoni ta’ oġġetti (iktar ’il quddiem is-“SA”), imfassla mill-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali, li sar l-Organizzazzjoni Mondjali tad-Dwana (OMD), u adottata mill-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta’ Oġġetti, konkluża fi Brussell fl-14 ta’ Ġunju 1983, u approvata f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE, tas-7 ta’ April 1987 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 288). Hija tirriproduċi t-titoli u s-sottotitoli tas-SA għal sitt figuri, u s-seba’ u t-tmien figuri biss joħolqu sottotitoli ulterjuri li huma speċifiċi għaliha. |
4 |
L-Ewwel Parti tan-NM tinkludi ġabra ta’ dispożizzjonijiet preliminari. F’din il-parti, taħt it-Taqsima I, li tikkonċerna r-regoli ġenerali, is-Sezzjoni A, intitolata “Regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-[NM]”, tipprovdi: “Il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-[NM] għanda tkun irregolata mill-prinċipji li ġejjin:
[…]
|
5 |
It-tieni parti tan-NK tinkludi Taqsima XII, li tinkludi b’mod partikolari l-Kapitlu 64, intitolat “Ilbies għar-riġlejn, gettijiet u bħalhom; bċejjeċ ta’ dawn l-oġġetti”. |
6 |
L-intestatura 6404 tan-NK, intitolata “Ilbies għar-riġlejn b’qigħan ta’ barra tal-lastiku, plastiks, ġilda jew imitazzjoni ta’ ġilda u b’uċuħ ta’ materjali ta’ tessuti”, tinkludi s-sottointestatura 6404 11 00 hekk ifformulata: “Ilbies ta’ l-isport għar-riġlejn; żraben tat-tennis, żraben tal-baskitbol, żraben tal-ġinnasju, żraben tat-taħriġ u bħalhom” |
7 |
L-intestatura 6406 tan-NK hija intitolata “Partijiet ta’ ilbies ieħor għar-riġlejn (inklużi uċuħ imwaħħlin jew le mal-qigħan ħlief qigħan ta’ barra); qigħan ta’ ġewwa li jistgħu jinqalgħu, kuxxini ta’ l-għarqbejn u oġġetti simili; getti, għata tal-pexxun (leggings) u oġġetti bħalhom, u partijiet tagħhom”. |
8 |
Is-sottointestatura 6406 10 tkopri l-“Uċuħ u partijiet tagħhom, ħlief oġġetti li jwebbsu (stiffeners)”. |
9 |
Is-sottointestatura 6406 20 tikkorrispondi għall-“Qigħan ta’ barra u għarqbejn, tal-lastiku jew tal-plastiks”. |
10 |
L-Artikolu 249 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307), kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 2700/00 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Novembru 2000 (ĠU L 311, p. 17, iktar ’il quddiem il-“Kodiċi Doganali”), jipprovdi li: “Il-Kumitat [tal-Kodiċi Doganali] jista’ jeżamina kull kwistjoni li għandha x’taqsam mal-leġiżlazzjoni tad-dwana mqajma mill-President, jew minn rajh jew fuq it-talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru.” |
In-Noti ta’ Spjega tas-SA
11 |
L-OMD approvat, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-sistema armonizzata għad-deskrizzjoni u kodifikazzjoni ta’ merkanzija, in-noti ta’ spjega u l-opinjonijiet ta’ klassifikazzjoni adottati mill-Kumitat tas-SA. |
12 |
In-Nota ta’ Spjega dwar ir-Regola Ġenerali 2(a) għall-Interpretazzjoni tas-SA [iktar ’il quddiem in-“NSSA dwar ir-Regola 2(a)”], regola li hija fformulata b’mod identiku għar-Regola Ġenerali 2(a) għall-Interpretazzjoni tan-NM, hija hekk ifformulata:
[…] Oġġetti li jinsabu fl-istat żarmat jew mhux immuntat
|
Id-dritt Franċiż
13 |
Skont l-Artikolu 443(1) tal-Kodiċi Doganali Franċiż (Code des douanes), kif emendat bil-Liġi Nru 77-1453, tat-29 ta’ Diċembru 1977, li jagħti garanziji proċedurali lill-persuni taxxabbli fil-qasam fiskali u tad-dwana (loi no 77-1453, du 29 décembre 1977, accordant des garanties de procédure aux contribuables en matière fiscale et douanière; JORF, 30 ta’ Diċembru 1977, p. 6279): “Il-Kummissjoni ta’ konċilazzjoni u ta’ kompetenza doganali (commission de conciliation et d’expertise douanière) tinkludi:
Fil-każ li jiġu indaqs, il-vot tal-President għandu jkun deċiżiv”. |
14 |
L-Artikolu 450 ta’ dan il-Kodiċi, kif emendat bil-Liġi Nru 96-314, tat-12 ta’ April 1996, li għandha diversi dispożizzjonijiet ta’ natura ekonomika u finanzjarja (loi no 96-314, du 12 avril 1996, portant diverses dispositions d’ordre économique et financier, JORF, 13 ta’ April 1996, p. 5707), jipprovdi: “1. Meta kontestazzjonijiet dwar it-tip, l-oriġini jew il-valur huma mqajma wara r-rilaxx ta’ oġġetti waqt l-ispezzjonijiet u l-investigazzjonijiet imwettqa skont il-kundizzjonijiet previsti b’mod partikolari mill-Artikoli 63b, 65 u 334 iktar ' il fuq:
[…]
2. Fil-każijiet kollha fejn jinbdew proċeduri quddiem il-qrati, kemm jekk hemm konsultazzjoni minn qabel tal-Commission de conciliation et d’expertise douanière u kemm jekk ma hemmx, ir-rapport ta’ perizja legali, jekk ordnata mill-qorti kompetenti li tiddeċiedi dwar il-kawżi tad-dwana, għandu jsir mill-imsemmija Commission.” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
15 |
Humeau twettaq l-attività tal-manifattura taż-żraben. Bejn Mejju 1998 u Novembru 2000, hija importat miċ-Ċina l-komponenti neċessarji għall-manifattura ta’ żraben iddestinati għall-użu fl-isport. |
16 |
Kif jirriżulta mill-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, il-komponenti li ġejjin kienu importaw bi kwantitajiet identiċi:
|
17 |
Il-pettijiet, esterni u interni, kif ukoll il-partijiet ta’ fuq kienu suġġetti għal dazji tal-importazzjoni, ta’ 3.3 % fl-1998, wara ta’ 3 % mill-1999, filwaqt li l-lazzijiet kienu intaxxati 6.3 %. |
18 |
Wara spezzjoni fil-bini ta’ Humeau, l-awtoritajiet doganali Franċiżi kkunsidraw, skont ir-Regola Ġenerali 2(a) għall-Interpretazzjoni tan-NM, li dawn l-oġġetti għandhom jiġu kklassifikati, bħala żraben li jinsabu fl-istat mhux immuntat, taħt l-intestatura tariffarja 6404 11 00. Dawn l-awtoritajiet b’hekk stmaw li dawn l-oġġetti jinħtieġu, wara l-importazzjoni tagħhom, mhux li ssir ħidma fuqhom, iżda biss immuntar, hekk li d-dazju doganali rilevanti kien dak applikabbli għall-prodott mitmum li l-imsemmija oġġetti kienu maħsuba għalih, jiġifieri 17.6 % fl-1998 u 17 % mill-1999. Konsegwentement, fil-5 ta’ Ġunju 2001, irrediġew rapport ta’ konstazzjoni ta’ ksur. |
19 |
Fl-24 ta’ Lulju 2001, Humeau marret quddiem il-Commission de conciliation et d’expertise douanière. Permezz ta’ opinjoni tat-2 ta’ Lulju 2002, din tal-aħħar ikkunsidrat li l-komponenti importati minn Humeau għandhom jiġu kklassifikati bħala partijiet ta’ żraben. Hija fil-fatt qieset, “wara li eżaminat il-kampjuni u l-preżentazzjoni tal-proċess ta’ manifattura, li tnejn miż-żewġ komponenti importati, il-parti ta’ fuq u l-pett estern, sar ħidma fuqhom, f’dan il-każ l-għoti tal-forma lill-parti fuq wara ta’ żarbuna b’umidifikazzjoni fir-rigward kemm tal-parti ta’ fuq u t-tqardix kemm tal-parti ta’ fuq kif ukoll tal-pett, ‘ta’ natura li tiġi kkompletata l-manifattura tagħhom’, li, skont il-[NSSA dwar ir-Regola 2(a)], tipprekludi li l-oġġett kontenzjuż ’li l-komponenti differenti tiegħu huma — bħal f’dan il-każ — iddestinati li jiġu assemblati' jinsabu fl-istat żarmat jew mhux immuntat fis-sens ta’ din ir-regola”. |
20 |
Fit-8 ta’ Lulju 2004, l-awtoritajiet doganali madankollu, ikkunsidraw li l-oġġetti inkwistjoni fil-kawża prinċipali kienu jaqgħu taħt l-intestatura tariffarja 6404 11 00 u, konsegwentement, ħarġu avviż ta’ rkupru għal ammont ta’ EUR 349 517. |
21 |
B’ittra tat-30 ta’ Lulju 2004, Humeau ippreżentat appell amministrattiv quddiem dawn l-awtoritajiet, fejn ikkontestat il-fondatezza ta’ dan l-avviż. |
22 |
Parallelament, l-imsemmija awtoritajiet marru quddiem il-Comité du code des douanes dwar il-kwistjoni tal-klassifikazzjoni tat-tariffa tal-prodotti inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Wara l-laqgħa tas-6 u tas-7 Marzu 2008, huwa ddeċieda li “l-assemblaġġ ta’ komponenti mhux assemblati jitwettaq biss esklużivament minn operazzjonijiet ta’ assemblaġġ [ara l-paragrafu 1 u l-ewwel sentenza tal-paragrafu 2 tal-punt VII tal-NSSA relatata mar-Regola 2(a)] u li l-oġġett li għadu mhux mitmum għandu n-natura essenzjali tal-oġġett mitmum fis-sens tal-ewwel parti tar-Regola Ġenerali 2[(a)] għall-Interpretazzjoni tan-NM.” |
23 |
Fil-11 ta’ Ġunju 2008, l-awtoritajiet doganali ċaħdu r-rikors amministrattiv. |
24 |
Sussegwentement, Humeau, fid-29 Lulju 2008, ippreżentat rikors quddiem it-Tribunal d’instance du 11ème arrondissement de Paris (Qorti Distrettwali tal-11-il Distrett ta’ Pariġi), għall-annullament tal-imsemmi avviż ta’ rkupru. B’sentenza mogħtija fis-16 ta’ Marzu 2010, din il-qorti laqgħet it-talba ta’ Humeau, peress li qieset b’mod partikolari li “l-konstatazzjoni tal-ksur kien ibbażat fuq teħid inkunsiderazzjoni żbaljata tal-operazzjonijiet neċessarji sabiex jinkiseb il-prodott mitmum.” |
25 |
Meta ddeċidiet fuq l-appell li sar mill-awtoritajiet doganali, il-Cour d’appel de Paris (Qorti tal-Appell ta’ Pariġi) iddeċidiet ukoll li d-deskrizzjoni mill-awtoritajiet doganali tal-operazzjonijiet neċessarji sabiex, minn sett ta’ partijiet separati, jinkiseb il-prodott mitmum, u li skontha “teknikament, huwa biżżejjed li jitwaħħlu flimkien sabiex jerġgħu jiġu kkostitwiti ż-żraben”, ma tikkorrispondix għar-realtà. |
26 |
Meta jiġi kkunsidrat li xi partijiet kellhom isirulhom trasformazzjonijiet, bħat-tqardix tal-pett estern u tal-parti ta’ isfel kif ukoll tal-parti ta’ fuq, li ċerti operazzjonijiet ta’ irfinar fuq it-tarf tal-pettijiet, li ċerti operazzjonijiet ma jinvolvux biss sempliċi assemblaġġ, ukoll kumpless, bħat-twaqqif u t-tiġbid fuq forma ta’ żarbuna u li tingħata l-forma lill-parti fuq wara ta’ żarbuna li tagħti sapport lill-parti tal-ġenb ta’ żarbuna, il-cour d’appel de Paris iddeduċiet minn dan li l-ksur tad-dwana imputat lil Humeau huwa bbażat fuq teħid inkunsiderazzjoni ineżatta tal-operazzjonijiet meħtieġa sabiex jinkiseb il-prodott mitmum u, konsegwentement, annullat l-avviż ta’ rkupru tat-8 ta’ Lulju 2004. |
27 |
L-awtoritajiet doganali appellaw fil-kassazzjoni quddiem il-qorti tar-rinviju, billi sostnew b’mod partikolari li, peress li t-tqardix tal-parti ta’ fuq u tal-pett estern importati kif ukoll li tingħata l-forma lill-parti fuq wara ta’ żarbuna li tagħtu sapport lill-parti tal-ġenb ta’ żarbuna imdaħħla fil-parti ta’ fuq jikkostitwixxu operazzjonijiet ta’ ħidma ta’ natura li tiġi kkompletata l-manifattura tagħhom tal-partijiet ta’ fuq u tal-pettijiet esterni importati, meta dawn jirrigwardaw biss operazzjonijiet ta’ assemblaġġ ta’ komponenti prefabbrikati sabiex jikkostitwixxu żarbuna, il-cour d’appel de Paris kisret ir-Regola Ġenerali 2(a) għall-interpretazzjoni tas-SA kif ukoll il-punt VII tan-NSSA relatata ma’ din ir-regola. |
28 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Cour de cassation iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja: “Fil-proċess tal-immanifatturar ta’ żarbuna, l-operazzjonijiet li permezz tagħhom tingħata forma lill-parti fuq wara ta’ żarbuna li tagħti sapport lill-parti tal-ġenb ta’ żarbuna u ta’ roughing tal-imsemmija parti fuq wara ta’ żarbuna u ta’ pett estern, li jitwettqu qabel l-assemblaġġ tagħhom, għandhom jiġu kklassifikati bħala “operazzjonijiet ta’ assemblaġġ” jew bħala “operazzjonijiet ta’ ħidma ta’ natura li tiġi kkompletata l-manifattura tagħhom”, fis-sens tal-punt VII tan-[NSSA relatata mar-Regola 2(a)]?” |
Fuq id-domanda preliminari
29 |
Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi essenzjalment, jekk fil-proċess ta’ manifattura ta’ żarbuna, li tingħata forma lill-parti fuq wara ta’ żarbuna li tagħti sapport lill-parti tal-ġenb ta’ żarbuna kif ukoll it-tqardix tal-parti fuq wara ta’ żarbuna u ta’ pett estern li jitwettqu qabel l-assemblaġġ tagħhom jikkostitwixxux “operazzjonijiet ta’ assemblaġġ” jew “operazzjonijiet ta’ ħidma ta’ natura li tiġi kkompletata l-manifattura tagħhom”, fis-sens tal-punt VII tan-NSSA relattivi għar-Regola 2(a). |
30 |
Qabel kollox, għandu jitfakkar li, skont l-ewwel sentenza tar-Regola Ġenerali 2(a) għall-Interpretazzjoni tan-NM, kull riferiment għal oġġett f’intestatura speċifika jkopri dan l-oġġett anki jekk mhux komplut jew mhux mitmum, peress li dan għandu, fl-istat li huwa, il-karatteristiċi essenzjali tal-oġġett komplut jew mitmum. Skont it-tieni sentenza ta’ din ir-Regola Ġenerali 2(a) jaqa’ wkoll taħt din l-intestatura l-oġġett komplut jew mitmum, jew ikkunsidrat bħala tali skont din l-ewwel sentenza, meta jinsab fl-istat żarmat jew mhux immuntat. |
31 |
Il-punt VII tal-NSSA relatat mar-Regola 2(a) jispeċifika, f’dan ir-rigward, li għandu jiġi kkunsidrat bħala oġġett fl-istat żarmat jew mhux immuntat dak li l-komponenti differenti tiegħu huma ddestinati li jkunu assemblati, bil-kundizzjoni madankollu li jsiru biss operazzjonijiet ta’ muntaġġ u li l-komponenti differenti ma jsirulhom ebda operazzjonijiet ta’ ħidma ta’ natura li tiġi kkompletata l-manifattura tagħhom. |
32 |
Issa, għalkemm in-Noti ta’ Spjega żviluppati mill-ODD jikkostitwixxu strument importanti sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tat-tariffa doganali komuni u jipprovdu, inkwantu tali, elementi validi għall-interpretazzjoni tagħhom (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-20 ta’ Ġunju 2013, Agroferm, C‑568/11, punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata), madankollu dawn ma humiex legalment vinkolanti (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-11 ta’ Lulju 1980, Chem-Tec, 798/79, Ġabra p. 2639, punt 11; tas-16 ta’ Ġunju 1994, Develop Dr. Eisbein, C-35/93, Ġabra p. I-2655, punt 21, u tal-15 ta’ Novembru 2012, Kurcums Metal, C‑558/11, punt 30). |
33 |
Hemm lok, għaldaqstant li tiġi fformulata mill-ġdid id-domanda magħmula fis-sens li, essenzjalment, jekk ir-Regola Ġenerali 2(a) għall-Interpretazzjoni tan-NM għandhiex tiġi interpretata fis-sens li parti ta’ fuq, pett estern u pett intern ta’ żarbuna jaqgħux, bħala oġġett li jinsab fl-istat mhux immuntat li għandu l-karatteristiċi essenzjali ta’ żraben, taħt l-intestatura 6404 tan-NM, meta, wara l-importazzjoni tagħhom, il-parti ta’ fuq u l-pett estern għandhom ikunu suġġetti għal operazzjoni ta’ tqardix qabel l-assemblaġġ tagħhom u li l-parti fuq wara ta’ żarbuna li tagħti sapport lill-parti tal-ġenb, imdaħħla fil-parti ta’ fuq, għandhom ikunu suġġetti għal operazzjoni ta’ għoti ta’ forma lill-parti fuq wara ta żarbuna li tagħti sapport lill-parti tal-ġenb, permezz ta’ umidifikazzjoni. |
34 |
Il-karatteristiċi ta’ żarbuna jinsabu essenzjalment fl-għaqda tal-parti ta’ fuq u ta’ pett estern. Dawn il-komponenti jirrappreżentaw fil-fatt il-biċċa l-kbira tal-oġġett komplet li għalih huma ddestinati u jagħtu lil dan tal-aħħar l-aspett ta’ żarbuna. Barra minn hekk, huma jdawwru u jipproteġu s-sieq tal-utent, u b’hekk jippermettu liż-żarbuna li twettaq il-funzjoni primarja tagħha. |
35 |
Huwa wkoll sinjifikattiv f’dan ir-rigward il-fatt li, fid-determinazzjoni tal-intestatura tariffarja li taħtha huma kklassifikati ż-żraben, hemm lok li, skont it-termini tal-intestaturi NC 6401 sa 6405 tan-NK, jiġu eżaminati l-parti ta’ fuq tagħhom u l-pett estern tagħhom. |
36 |
Fl-aħħar nett, skont il-formulazzjoni tal-intestatura 6406 tan-NM, il-partijiet tal-ġenb jikkostitwixxu “partijiet ta’ il-bies ieħor għar-riġlejn”, anki meta jkunu imwaħħlin mal-pettijiet li ma humiex il-pettijiet esterni. Isegwi, a contrario, li oġġett magħmul mill-parti ta’ fuq ta’ żarbuna mwaħħal ma’ pett estern ma jistax jiġi kklassifikat taħt l-intestatura NM 6406 u jaqa’, għaldaqstant, taħt waħda mill-intestaturi 6401 sa 6405 tan-NM li tikkorrispondi għal żraben kompluti. |
37 |
Għaldaqstant, oġġett wieħed magħmul minn parti ta’ fuq, pett estern u pett intern għandu, skont l-ewwel sentenza tar-Regola Ġenerali 2(a) tan-NK, jitqies bħala li għandu l-karatteristiċi essenzjali ta’ żarbuna. |
38 |
Fir-rigward, fit-tieni lok tal-kwistjoni dwar jekk l-oġġetti importati minn Humeau għandhomx jiġu kkunsidrati bħala li huma żraben “mhux armat” fis-sens tal-imsemmija regola, għandu jiġi kkonstatat li n-NK ma għandha ebda definizzjoni tal-kunċett ta’ oġġett “mhux armat” fis-sens tar-Regola Ġenerali 2(a) ta’ din in-nomenklatura. |
39 |
Għall-kuntrarju, in-Noti ta’ Spjega tas-SA li, skont il-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 32 ta’ din is-sentenza, jikkostitwixxu strument importanti sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tat-Tariffa Doganali Komuni u, bħala tali, jipprovdu elementi validi għall-interpretazzjoni ta’ din it-tariffa, jindikaw fil-punt VII tal-NSSA dwar ir-Regola 2(a), li “għandu jiġi kkunsidrat bħala oġġett li jinsab fl-istat żarmat jew mhux immuntat għall-applikazzjoni ta’ din ir-Regola, l-oġġett li l-komponenti differenti tiegħu għandhom ikunu assemblati [...] billi jiġu rbattuti jew iwweldjati, pereżempju bil-kundizzjoni madankollu li jkun hemm biss operazzjonijiet ta’ muntaġġ.” Barra minn hekk, “il-komponenti differenti ma jista’ jsirulhom ebda operazzjoni ta’ ħidma tali li tikkompleta l-manifattura tagħhom”. |
40 |
Fir-rigward, qabel kollox, tal-operazzjoni ta’ tqardix tal-parti ta’ fuq u tal-pett estern, mill-osservazzjonijiet bil-miktub ippreżentati mir-Repubblika Franċiża u mill-Kummissjoni Ewropea jirriżulta li, fil-proċess ta’ manifattura ta’ żarbuna, talli operazzjoni tikkonsisti filli tinbarax fejn il-parti ta’ fuq u l-pett estern huma ddestinati li jkollhom kuntatt sabiex jitwaħħlu. |
41 |
Għaldaqstant, jekk, kif isostnu r-Repubblika Franċiża u l-Kummissjoni, din l-operazzjoni hija ddestinata biss sabiex ittejjeb it-twaħħil bejn il-parti ta’ fuq u l-pett estern, li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika dan, hija għandha tiġi kkunsidrata bħala stadju fil-proċess ta’ twaħħil u, fiha nnifisha, hija ma tistax tiġi kkwalifikata bħala “operazzjoni ta’ ħidma ta’ natura li tiġi kkompletata l-manifattura” tal-imsemmija partijiet fis-sens tal-punt VII tal-NSSA relatata mar-Regola 2(a). |
42 |
Fir-rigward, sussegwentement, tal-operazzjoni li permezz tagħhom tingħata forma lill-parti fuq wara ta’ żarbuna li tagħti sapport lill-parti tal-ġenb ta’ żarbuna b’umidifikazzjoni, qabel kollox għandu jitfakkar li, kif jirriżulta mill-proċess, dawn il-partijiet fuq wara huma, b’mod differenti mill-partijiet ta’ fuq u l-pettijiet interni u esterni, suġġetti mhux għal importazzjoni, iżda għal akkwist intra-Komunitarju. |
43 |
Issa, mill-punti VI u VII tan-NSSA relatata mar-Regola 2(a), jirriżulta li fil-każ ta’ oġġett inkomplet li jinsab fl-istat mhux immuntat, ir-rekwiżit li l-assemblaġġ tal-komponenti differenti għandu jikkonsisti f’operazzjonijiet ta’ muntaġġ biss, bl-esklużjoni ta’ kull operazzjoni ta’ ħidma ta’ natura li tiġi kkompletata l-manifattura tal-imsemmija komponenti, tikkonċerna l-komponenti li kienu ġew ippreżentati lill-awtoritajiet doganali għall-finijiet tar-rilaxx tagħhom. |
44 |
Min-naħa l-oħra, ma huwiex importanti li l-komponenti li, bħall-parti fuq wara ta’ żarbuna li tagħti sapport lill-parti tal-ġenb ta’ żarbuna inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ikunu s-suġġett ta’ akkwist intra-Komunitarju ssir fuqhom ħidma qabel ma jiġu assemblati mal-komponenti importati. |
45 |
Fil-każ kuntrarju, fil-fatt, il-klassifikazzjoni tariffarja tal-komponenti importati tiddependi fuq ċirkustanza li ma hijiex inerenti għal dawn l-oġġetti, peress li l-awtoritajiet doganali ma jkunux jistgħu jivverifikaw jekk dawn il-komponenti li ma ġewx ippreżentati lid-dwana għandhomx jew ma għandhomx ikunu suġġetti għal ħidma qabel ma jistgħu jkunu assemblati mal-komponenti mmuntati, li jkollu l-konsegwenza li jippreġudika l-għan intiż għall-faċilità ta’ kontrolli doganali u għaċ-ċertezza legali li għandha tipprevali fl-imsemmija klassifikazzjoni. |
46 |
Minn dan isegwi li, fil-kuntest tal-kawża prinċipali, l-operazzjoni li permezz tagħha tingħata forma lill-parti fuq wara ta’ żarbuna li tagħti sapport lill-parti tal-ġenb ta’ żarbuna b’umidifikazzjoni hija, tkun liema tkun il-klassifikazzjoni fir-rigward tal-punt VII tan-NSSA relatata mar-Regola 2(a), mingħajr effett għall-applikazzjoni tar-Regola Ġenerali 2(a) għall-Interpretazzjoni tan-NM. |
47 |
Min-naħa l-oħra, għandu jiġi eżaminat, fl-aħħar nett, jekk iż-żieda tal-parti fuq wara ta’ żarbuna li tagħti sapport lill-parti tal-ġenb ta’ żarbuna timplikax kwalunkwe operazzjoni ta’ ħidma ta’ komponenti importati. |
48 |
F’dan ir-rigward, ma jidhirx, suġġett għal verifika mill-qorti tar-rinviju, li l-operazzjoni li tikkonsisti f’li tiżdied din il-parti msemmija tal-ġenb taż-żarbuna tinvolvi iktar mid-dħul u t-twaħħil ta’ dan il-komponent bejn il-parti esterna u l-inforra tal-parti ta’ fuq taż-żarbuna. |
49 |
Jekk effettivament dan huwa l-każ, dan l-istadju jaqa’ taħt operazzjoni ta’ assemblaġġ u, bħala tali, dan ma jistax jitqies bħala operazzjoni ta’ ħidma tali li tikkompleta l-manifattura tal-parti ta’ fuq, fis-sens tal-punt VII tan-NSSA relatata mar-Regola 2(a). |
50 |
F’dan ir-rigward, il-Comité du code des douanes, wara l-laqgħa tas-6 u tas-7 ta’ Marzu 2008, ikkunsidra, dwar l-oġġetti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li “l-assemblaġġ ta’ komponenti mhux assemblati twettaq esklużivament permezz ta’ operazzjonijiet ta’ assemblaġġ”. |
51 |
Issa, il-konklużjonijiet tal-Comité du code des douanes, għalkemm ma għandhomx setgħa vinkolanti fid-dritt, huma madankollu mezzi importanti sabiex tiġi assigurata applikazzjoni uniformi tal-Kodiċi Doganali mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u jistgħu, bħala tali, jiġu kkunsidrati bħala mezzi siewja għall-interpretazzjoni tal-imsemmi kodiċi (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-22 ta’ Mejju 2008, Ecco Sko, C-165/07, Ġabra p. I-4037, punt 47). |
52 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, għandha tingħata risposta għad-domanda magħmula li r-Regola Ġenerali 2(a) għall-Interpretazzjoni tan-NM għandha tiġi interpretata fis-sens li parti ta’ fuq, pett estern u pett intern jaqgħu, bħala oġġett li jinsab fl-istat mhux immuntat li għandu l-karatteristiċi essenzjali ta’ żraben, taħt l-intestatura 6404 tan-NM meta, wara l-importazzjoni ta’ dawn il-komponenti, parti fuq wara ta’ żarbuna li tagħti sapport lill-parti tal-ġenb ta’ żarbuna għandha tiddaħħal fil-parti ta’ fuq u li l-pett estern kif ukoll il-parti ta’ fuq għandhom ikunu suġġetti għal operazzjoni ta’ tqardix għall-assemblaġġ tagħhom. |
Fuq l-ispejjeż
53 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
Ir-Regola Ġenerali 2(a) għall-Interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda li tikkostitwixxi l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, fil-verżjoni tagħha fis-seħħ fil-mument tal-fatti, għandha tiġi interpretata fis-sens li parti ta’ fuq, pett estern u pett intern jaqgħu, bħala oġġett li jinsab fl-istat mhux immuntat li għandu l-karatteristiċi essenzjali ta’ żraben, taħt l-intestatura 6404 tal-imsemmija Nomenklatura Magħquda meta, wara l-importazzjoni ta’ dawn il-komponenti, parti fuq wara ta’ żarbuna li tagħti sapport lill-parti tal-ġenb ta’ żarbuna għandha tiddaħħal fil-parti ta’ fuq u li l-pett estern kif ukoll il-parti ta’ fuq għandhom ikunu suġġetti għal operazzjoni ta’ tqardix għall-assemblaġġ tagħhom. |
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.