EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CB0049

Kawża C-49/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 14 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Úřad průmyslového vlastnictví – ir-Repubblika Ċeka) – MF 7 a.s. vs MAFRA a.s. (Artikolu 267 TFUE — Kunċett ta’ “qorti jew tribunal”  — Proċedura intiża li twassal għal deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja — Indipendenza — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

ĠU C 102, 7.4.2014, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/8


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Úřad průmyslového vlastnictví – ir-Repubblika Ċeka) – MF 7 a.s. vs MAFRA a.s.

(Kawża C-49/13) (1)

((Artikolu 267 TFUE - Kunċett ta’ “qorti jew tribunal” - Proċedura intiża li twassal għal deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja - Indipendenza - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))

2014/C 102/10

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Úřad průmyslového vlastnictví

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: MF 7 a.s.

Konvenuta: MAFRA a.s.

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Úřad průmyslového vlastnictví – Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(2)(d) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 299, p. 25) – Kriterji ta’ evalwazzjoni tal-mala fide – Influwenza taċ-ċirkustanzi li seħħew wara l-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni fuq l-evalwazzjoni tal-bona fide tal-applikant – Kunsens tal-proprjetarju tat-trade mark għal aġir li jista’ jillimita d-drittijiet esklużivi tagħha – Kuntratti konklużi bejn il-proprjetarju tat-trade mark preċedenti u l-applikant tat-trade mark sussegwenti li ma jirregolawx id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali – Tolleranza tat-trade mark ikkontestata mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti matul perijodu estiż

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tagħti risposta għad-domandi magħmula mill-Úřad průmyslového vlastnictví (Ir-Repubblika Ċeka) permezz ta’ deċiżjoni tat-22 ta’ Jannar 2013.


(1)  ĠU C 141, 18.05.2013.


Top