Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0649

    Kawża C-649/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de commerce de Versailles – Franza) – Comité d'entreprise de Nortel Networks SA et vs Cosme Rogeau li qed jaġixxi fil-kwalità ta’ stralċjarju ġudizzjarju fil-proċedura sekondarja ta’ insolvenza kontra Nortel Networks SA u Cosme Rogeau li qed jaġixxi fil-kwalità ta’ stralċjarju ġudizzjarju fil-proċedura sekondarja ta’ insolvenza kontra Nortel Networks SA vs Alan Robert Bloom et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 1346/2000 — Artikolu 2(g), 3(2) u 27 — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Proċedura prinċipali ta’ insolvenza — Proċedura sekondarja ta’ insolvenza — Kunflitt ta’ ġurisdizzjonijiet — Ġurisdizzjoni esklużiva jew alternattiva — Determinazzjoni tal-liġi applikabbli — Determinazzjoni tal-beni ta’ debitur li jidħol fil-proċedura sekondarja ta’ insolvenza — Determinazzjoni tal-post fejn jinsabu dawn il-beni — Beni li jinsabu fi Stat terz)

    ĠU C 270, 17.8.2015, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20150731025616762015/C 270/046492013CJC27020150817MT01MTINFO_JUDICIAL201506114411

    Kawża C-649/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de commerce de Versailles – Franza) – Comité d'entreprise de Nortel Networks SA et vs Cosme Rogeau li qed jaġixxi fil-kwalità ta’ stralċjarju ġudizzjarju fil-proċedura sekondarja ta’ insolvenza kontra Nortel Networks SA u Cosme Rogeau li qed jaġixxi fil-kwalità ta’ stralċjarju ġudizzjarju fil-proċedura sekondarja ta’ insolvenza kontra Nortel Networks SA vs Alan Robert Bloom et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 1346/2000 — Artikolu 2(g), 3(2) u 27 — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Proċedura prinċipali ta’ insolvenza — Proċedura sekondarja ta’ insolvenza — Kunflitt ta’ ġurisdizzjonijiet — Ġurisdizzjoni esklużiva jew alternattiva — Determinazzjoni tal-liġi applikabbli — Determinazzjoni tal-beni ta’ debitur li jidħol fil-proċedura sekondarja ta’ insolvenza — Determinazzjoni tal-post fejn jinsabu dawn il-beni — Beni li jinsabu fi Stat terz)

    Top

    C2702015MT410120150611MT00044141

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de commerce de Versailles – Franza) – Comité d'entreprise de Nortel Networks SA et vs Cosme Rogeau li qed jaġixxi fil-kwalità ta’ stralċjarju ġudizzjarju fil-proċedura sekondarja ta’ insolvenza kontra Nortel Networks SA u Cosme Rogeau li qed jaġixxi fil-kwalità ta’ stralċjarju ġudizzjarju fil-proċedura sekondarja ta’ insolvenza kontra Nortel Networks SA vs Alan Robert Bloom et

    (Kawża C-649/13) ( 1 )

    “(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 1346/2000 — Artikolu 2(g), 3(2) u 27 — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Proċedura prinċipali ta’ insolvenza — Proċedura sekondarja ta’ insolvenza — Kunflitt ta’ ġurisdizzjonijiet — Ġurisdizzjoni esklużiva jew alternattiva — Determinazzjoni tal-liġi applikabbli — Determinazzjoni tal-beni ta’ debitur li jidħol fil-proċedura sekondarja ta’ insolvenza — Determinazzjoni tal-post fejn jinsabu dawn il-beni — Beni li jinsabu fi Stat terz)”

    2015/C 270/04Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal de commerce de Versailles

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Comité d’entreprise de Nortel Networks SA et, Cosme Rogeau li qed jaġixxi fil-kwalità ta’ stralċjarju ġudizzjarju fil-proċedura sekondarja ta’ insolvenza kontra Nortel Networks SA

    Konvenuti: Cosme Rogeau li qed jaġixxi fil-kwalità ta’ stralċjarju ġudizzjarju fil-proċedura sekondarja ta’ insolvenza kontra Nortel Networks SA, Alan Robert Bloom, Alan Michael Hudson, Stephen John Harris, Christopher John Wilkinson Hill

    Dispożittiv

    L-Artikoli 3(2) u 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-qrati tal-Istat Membru ta’ ftuħ ta’ proċedura sekondarja ta’ insolvenza għandhom ġurisdizzjoni, b’mod alternattiv flimkien mal-qrati tal-Istat Membru ta’ ftuħ tal-proċedura prinċipali, sabiex jiddeċiedu dwar id-determinazzjoni tal-beni tad-debitur li jidħlu fil-portata tal-effetti ta’ din il-proċedura sekondarja.

    Id-determinazzjoni tal-beni tad-debitur li jidħlu fil-portata tal-effetti ta’ proċedura sekondarja ta’ insolvenza għandha titwettaq skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(g) tar-Regolament Nru 1346/2000.


    ( 1 ) ĠU C 39, 08.02.2014.

    Top