Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0583

    Kawża C-583/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2015 – Deutsche Bahn AG, DB Mobility Logistics AG, DB Energie GmbH, DB Netz AG, Deutsche Umschlaggesellschaft Schiene-Straße (DUSS) mbH, DB Schenker Rail GmbH, DB Schenker Rail Deutschland AG vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju ta’ Spanja, L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Settur tat-traffiku ferrovjarju u tas-servizzi anċillari — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Regolament (KE) Nru 1/2003 — Artikoli 20 u 28(1) — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni li tordna spezzjoni — Setgħat ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni — Dritt fundamentali għall-invjolabbiltà tad-domiċilju — Assenza ta’ awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel — Stħarriġ ġudizzjarju effettiv — Konstatazzjoni fortuwita)

    ĠU C 279, 24.8.2015, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.8.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 279/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2015 – Deutsche Bahn AG, DB Mobility Logistics AG, DB Energie GmbH, DB Netz AG, Deutsche Umschlaggesellschaft Schiene-Straße (DUSS) mbH, DB Schenker Rail GmbH, DB Schenker Rail Deutschland AG vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju ta’ Spanja, L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    (Kawża C-583/13 P) (1)

    ((Appell - Kompetizzjoni - Settur tat-traffiku ferrovjarju u tas-servizzi anċillari - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Artikoli 20 u 28(1) - Proċedura amministrattiva - Deċiżjoni li tordna spezzjoni - Setgħat ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni - Dritt fundamentali għall-invjolabbiltà tad-domiċilju - Assenza ta’ awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel - Stħarriġ ġudizzjarju effettiv - Konstatazzjoni fortuwita))

    (2015/C 279/07)

    Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Appellanti: Deutsche Bahn AG, DB Mobility Logistics AG, DB Energie GmbH, DB Netz AG, Deutsche Umschlaggesellschaft Schiene-Straße (DUSS) mbH, DB Schenker Rail GmbH, DB Schenker Rail Deutschland AG (rappreżentanti: W. Deselaers, E. Venot u J. Brückner, avukati)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Malferrari u R. Sauer, aġenti), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: A. Rubio González u L. Banciella Rodríguez-Miñón, aġenti), L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA (rappreżentanti: M. Schneider, X. Lewis u M. Moustakali, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Dispożittiv

    1)

    Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea Deutsche Bahn et vs Il-Kummissjoni (T-289/11, T-290/11 u T-521/11, EU:T:2013:404) hija annullata sa fejn din tiċħad ir-rikors ippreżentat kontra t-tieni u t-tielet deċiżjoni ta’ spezzjoni C(2011) 2365, tat-30 ta’ Marzu 2011, u C(2011) 5230, tal-14 ta’ Lulju 2011.

    2)

    Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea C(2011) 2365 tat-30 ta’ Marzu 2011 u C(2011) 5230 tal-14 ta’ Lulju 2011 huma annullati.

    3)

    Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

    4)

    Deutsche Bahn AG, DB Mobility Logistics AG, DB Energie GmbH, DB Netz AG, Deutsche Umschlaggesellschaft Schiene-Straße (DUSS) mbH, DB Schenker Rail GmbH u DB Schenker Rail Deutschland AG huma kkundannati jbatu, minbarra nofs l-ispejjeż tagħhom stess relatati ma’ dan l-appell, nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din il-proċedura.

    5)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra nofs l-ispejjeż tagħha stess relatati ma’ dan l-appell, nofs l-ispejjeż sostnuti minn Deutsche Bahn AG, DB Mobility Logistics AG, DB Energie GmbH, DB Netz AG, Deutsche Umschlaggesellschaft Schiene-Straße (DUSS) mbH, DB Schenker Rail GmbH u DB Schenker Rail Deutschland AG fil-kuntest ta’ din il-proċedura.

    6)

    Deutsche Bahn AG, DB Mobility Logistics AG, DB Energie GmbH, DB Netz AG, Deutsche Umschlaggesellschaft Schiene-Straße (DUSS) mbH, DB Schenker Rail GmbH u DB Schenker Rail Deutschland AG huma kkundannati jbatu l-ispejjeż relatati mal-Kawża T-289/11.

    7)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż relatati mal-Kawżi T-290/11 u T-521/11.

    8)

    Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.

    9)

    L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


    (1)  ĠU C 24, 25.1.2014.


    Top