Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0534

    Kawża C-534/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Ministero dell'Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare et vs Fipa Group srl, Tws Automation srl, Ivan srl [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 191(2) TFUE — Direttiva 2004/35/KE — Responsabbiltà ambjentali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix il-possibbiltà għall-amministrazzjoni li timponi, lill-proprjetarji tal-artijiet imniġġsin, l-eżekuzzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ riabilitazzjoni u li tipprevedi biss l-obbligu ta’ rimbors tal-interventi mwettqa mill-awtoritajiet — Kompatibbiltà mal-prinċipji ta’ min iniġġes iħallas, ta’ prekawzjoni, ta’ azzjoni preventiva u ta’ korrezzjoni fis-sors tal-ħsarat għall-ambjent]

    ĠU C 138, 27.4.2015, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.4.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 138/12


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Ministero dell'Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare et vs Fipa Group srl, Tws Automation srl, Ivan srl

    (Kawża C-534/13) (1)

    ([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 191(2) TFUE - Direttiva 2004/35/KE - Responsabbiltà ambjentali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix il-possibbiltà għall-amministrazzjoni li timponi, lill-proprjetarji tal-artijiet imniġġsin, l-eżekuzzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ riabilitazzjoni u li tipprevedi biss l-obbligu ta’ rimbors tal-interventi mwettqa mill-awtoritajiet - Kompatibbiltà mal-prinċipji ta’ min iniġġes iħallas, ta’ prekawzjoni, ta’ azzjoni preventiva u ta’ korrezzjoni fis-sors tal-ħsarat għall-ambjent])

    (2015/C 138/14)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Consiglio di Stato

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero della Salute, Ispra – Istituto Superiore per la Protezione e la Ricerca Ambientale

    Konvenuti: Fipa Group srl, Tws Automation srl, Ivan srl

    fil-preżenza ta’: Comune di Massa, Regione Toscana, Provincia di Massa Carrara, Comune di Carrara, Arpat – Agenzia regionale per la protezione ambientale della Toscana, Ediltecnica Srl, Versalis SpA, Edison SpA

    Dispożittiv

    Id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali, għandha tiġi interpretata fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, meta huwa impossibbli li jiġi identifikat ir-responsabbli għat-tniġġis ta’ art jew li jinkisbu l-miżuri ta’ riparazzjoni minnu, ma tippermettix lill-awtorità kompetenti li timponi l-eżekuzzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ riabilitazzjoni lill-proprjetarju ta’ din l-art, li ma huwiex responsabbli għat-tniġġis, b’dan ikun biss meħtieġ li jirrimborsa l-ispejjeż għall-interventi mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti fil-limitu tal-valur tas-suq tas-sit, stabbiliti wara l-eżekuzzjoni ta’ dawn l-interventi.


    (1)  ĠU C 359, 07.12.2013.


    Top