EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0311

Kawża C-311/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-ĦamesAwla) tal- 5 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Centrale Raad van Beroep – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – O. Tümer vs Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Protezzjoni tal-impjegati fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega — Direttiva 80/987/KEE — Impjegat ċittadin ta’ pajjiż terz li ma għandux permess ta’ residenza validu — Ċaħda mill-benefiċċju tad-dritt għal kumpens għal insolvenza)

ĠU C 7, 12.1.2015, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-ĦamesAwla) tal-5 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Centrale Raad van Beroep – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – O. Tümer vs Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen

(Kawża C-311/13) (1)

((Protezzjoni tal-impjegati fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega - Direttiva 80/987/KEE - Impjegat ċittadin ta’ pajjiż terz li ma għandux permess ta’ residenza validu - Ċaħda mill-benefiċċju tad-dritt għal kumpens għal insolvenza))

(2015/C 007/09)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: O. Tümer

Konvenut: Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE, tal-20 ta’ Ottubru 1980, dwar il-protezzjoni tal-impjegati f’każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom, kif emendata bid-Direttiva 2002/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Settembru 2002, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha ċittadin ta’ pajjiż terz li ma huwiex residenti legalment fl-Istat Membru kkonċernat ma jitqiesx li huwa ħaddiem impjegat li seta’ jeżiġi kumpens għal insolvenza abbażi, b’mod partikolari, tad-djun salarjali mhux imħallsa f’każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega, meta dan iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz huwa kklassifikat, bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet tad-dritt ċivili ta’ dan l-Istat Membru, bħala “ħaddiem impjegat” li għandu dritt għal remunerazzjoni li tista’ tkun is-suġġett ta’ rikors kontra l-persuna li timpjegah quddiem il-qrati nazzjonali.


(1)  ĠU C 250, 31.8.2013


Top