Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0170

    Kawża C-170/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Huawei Technologies Co. Ltd vs ZTE Corp., ZTE Deutschland GmbH (Kompetizzjoni — Artikolu 102 TFUE — Impriża li żżomm privattiva essenzjali għal standard li timpenja ruħha, mal-organu ta’ standardizzazzjoni, li tagħti liċenzja lit-terzi b’kundizzjonijiet ekwi, raġonevoli u mhux diskriminatorji msejħa “FRAND” (“fair, reasonable and non-discriminatory”) — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Azzjonijiet għal ksur — Kawża għal inibizzjoni — Azzjoni għal sejħa lura tal-prodotti — Azzjoni għall-finijiet tal-provvista ta’ data tal-kontabbiltà — Azzjoni għal kumpens — Obbligi tal-proprjetarju tal-privattiva essenzjali għal standard)

    ĠU C 302, 14.9.2015, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 302/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Huawei Technologies Co. Ltd vs ZTE Corp., ZTE Deutschland GmbH

    (Kawża C-170/13) (1)

    ((Kompetizzjoni - Artikolu 102 TFUE - Impriża li żżomm privattiva essenzjali għal standard li timpenja ruħha, mal-organu ta’ standardizzazzjoni, li tagħti liċenzja lit-terzi b’kundizzjonijiet ekwi, raġonevoli u mhux diskriminatorji msejħa “FRAND” (“fair, reasonable and non-discriminatory”) - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Azzjonijiet għal ksur - Kawża għal inibizzjoni - Azzjoni għal sejħa lura tal-prodotti - Azzjoni għall-finijiet tal-provvista ta’ data tal-kontabbiltà - Azzjoni għal kumpens - Obbligi tal-proprjetarju tal-privattiva essenzjali għal standard))

    (2015/C 302/02)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landgericht Düsseldorf

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Huawei Technologies Co. Ltd

    Konvenuti: ZTE Corp., ZTE Deutschland GmbH

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 102 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju ta’ privattiva stabbilita minn organu ta’ standardizzazzjoni, li jkun impenja ruħu irrevokabbilment lejn dan l-organu li jagħti lit-terzi liċenzja skont kundizzjonijiet FRAND (“fair, reasonable and non-discriminatory”), ma jabbużax mill-pożizzjoni dominanti tiegħu fis-sens ta’ dan l-artikolu bl-introduzzjoni ta’ azzjoni ta’ ksur għall-inibizzjoni tal-ksur tal-privattiva tiegħu jew għas-sejħa lura tal-prodotti li għall-manifattura tagħhom din il-privattiva ntużat, meta:

    qabel l-introduzzjoni ta’ din l-azzjoni, huwa, minn naħa, kien avża lill-allegat awtur tal-ksur tal-privattiva li huwa kkritika billi indika din il-privattiva u ppreċiża l-mod kif dan kiser il-privattiva u, min-naħa l-oħra, wara li l-allegat awtur tal-ksur esprima r-rieda tiegħu li jikkonkludi kuntratt ta’ liċenzja skont il-kundizzjonijiet FRAND, bagħat lil dan l-awtur tal-ksur tal-privattiva, offerta konkreta u bil-miktub ta’ liċenzja għal tali kundizzjonijiet, li tispeċifika, b’mod partikolari, ir-royalty u l-modalitajiet ta’ kalkolu tagħha.

    l-imsemmi awtur tal-ksur tal-privattiva kompla jisfrutta din l-privattiva b’diliġenza, konformement mal-konswetudnijiet kummerċjali aċċettati fil-qasam u mal-bona fide, u dan għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta’ elementi oġġettivi u jimplika b’mod partikolari l-assenza ta’ kull tattika ta’ dewmien.

    2)

    L-Artikolu 102 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprojbixxix, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, lil impriża li tinsab f’pożizzjoni dominanti u li żżomm privattiva essenzjali għal standard stabbilit minn organu ta’ standardizzazzjoni li impenjat ruħha, ma’ dan l-organu, li tagħti liċenzja skont il-kundizzjonijiet FRAND, li tressaq azzjoni għal ksur tal-privattiva kontra l-allegat awtur tal-ksur tal-privattiva u intiża għall-provvista ta’ data tal-kontabbiltà relatata mal-atti passati ta’ użu ta’ din il-privattiva jew l-għoti ta’ danni fir-rigward ta’ tali atti.


    (1)  ĠU C 215, 27.07.2013


    Top