This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CA0128
Case C-128/13: Judgment of the Court (Fifth Chamber) of 11 December 2014 (request for a preliminary ruling from the Tribunal da Relação de Lisboa — Portugal) — Cruz & Companhia Lda v Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP (IFAP), Caixa Central — Caixa Central de Crédito Agrícola Mútuo, CRL (Reference for a preliminary ruling — Agriculture — Regulation (EEC) No 3665/87 — Articles 4(1) and 13 — Regulation (EEC) No 2220/85 — Article 19(1)(a) — Export refunds — Advance payments on refunds — Conditions for the release of the guarantee furnished to ensure the repayment of the advance)
Kawża C-128/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal- 11 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação de Lisboa – il-Portugall) – Cruz & Companhia Lda vs Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP (IFAP), Caixa Central – Caixa Central de Crédito Agrícola Mútuo, CRL (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Agrikoltura — Regolament (KEE) Nru 3665/87 — Artikoli 4(1) u 13 — Regolament (KEE) Nru 2220/85 — Artikolu 19(1)(a) — Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni — Ħlas bil-quddiem tal-ħlas lura — Kundizzjonijiet ta’ rilaxx tal-garanzija kkostitwita biex jiġi żgurat ir-rimbors tal-ħlas bil-quddiem)
Kawża C-128/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal- 11 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação de Lisboa – il-Portugall) – Cruz & Companhia Lda vs Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP (IFAP), Caixa Central – Caixa Central de Crédito Agrícola Mútuo, CRL (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Agrikoltura — Regolament (KEE) Nru 3665/87 — Artikoli 4(1) u 13 — Regolament (KEE) Nru 2220/85 — Artikolu 19(1)(a) — Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni — Ħlas bil-quddiem tal-ħlas lura — Kundizzjonijiet ta’ rilaxx tal-garanzija kkostitwita biex jiġi żgurat ir-rimbors tal-ħlas bil-quddiem)
ĠU C 46, 9.2.2015, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 46/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação de Lisboa – il-Portugall) – Cruz & Companhia Lda vs Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP (IFAP), Caixa Central – Caixa Central de Crédito Agrícola Mútuo, CRL
(Kawża C-128/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Regolament (KEE) Nru 3665/87 - Artikoli 4(1) u 13 - Regolament (KEE) Nru 2220/85 - Artikolu 19(1)(a) - Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni - Ħlas bil-quddiem tal-ħlas lura - Kundizzjonijiet ta’ rilaxx tal-garanzija kkostitwita biex jiġi żgurat ir-rimbors tal-ħlas bil-quddiem))
(2015/C 046/04)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal da Relação de Lisboa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Cruz & Companhia Lda
Konvenut: Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP (IFAP), Caixa Central – Caixa Central de Crédito Agrícola Mútuo, CRL
Dispożittiv
L-Artikolu 19(1)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85, tat-22 ta’ Lulju 1985, li jistabilixxi r-regoli komuni ddettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tal-garanziji għall-prodotti agrikoli, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3403/93, tal-10 ta’ Diċembru 1993, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-garanzija pprovduta minn esportatur sabiex jiżgura r-rimbors tal-ħlas bil-quddiem irċevut fuq il-ħlas lura fuq l-esportazzjoni ma għandux jitqies li huwa estint anki jekk jiġi stabbilit li l-esportatur ipproduċa d-dokumenti relatati mal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni, il-prova li, sa mhux iktar tard minn terminu ta’ 60 ġurnata minn din l-aċċettazzjoni, il-prodotti ħallew it-territorju doganali tal-Unjoni, kif ukoll il-prova tal-isdoganament ta’ dawn il-prodotti fil-pajjiż terz importatur, jekk il-kundizzjonijiet l-oħra għall-għoti tal-ħlas lura, b’mod partikolari l-kundizzjoni tal-kwalità tajba, ġenwina u li tista’ tiġi kkummerċjalizzata tal-prodotti esportati, prevista fl-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, tas-27 ta’ Novembru 1987, li jistabbilixxi regoli komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1829/94, tas-26 ta’ Lulju 1994, ma jiġux issodisfatti.