Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0553

    Kawża T-553/12: Rikors ippreżentat fl- 24 ta’ Diċembru 2012 — Bateaux mouches vs UASI (BATEAUX-MOUCHES)

    ĠU C 55, 23.2.2013, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.2.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 55/20


    Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Diċembru 2012 — Bateaux mouches vs UASI (BATEAUX-MOUCHES)

    (Kawża T-553/12)

    2013/C 55/36

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Compagnie des bateaux mouches SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: G. Barbaut, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet

    tiddikjara r-rikors ammissibbli;

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-9 ta’ Ottubru 2012, fil-Każ R 1709/2011-2;

    tbiddel id-deċiżjoni;

    tikkundanna lill-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż kollha.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li fiha l-elementi verbali “BATEAUX-MOUCHES” għal servizzi fil-klassijiet 39, 41 u 43 — applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5 666 631

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda parzjalment

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top