This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TN0509
Case T-509/12: Action brought on 16 November 2012 — Advance Magazine Publishers v OHIM — Nanso Group (TEEN VOGUE)
Kawża T-509/12: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Novembru 2012 — Advance Magazine Publishers vs UASI — Nanso Group (TEEN VOGUE)
Kawża T-509/12: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Novembru 2012 — Advance Magazine Publishers vs UASI — Nanso Group (TEEN VOGUE)
ĠU C 26, 26.1.2013, p. 64–65
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 26/64 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2012 — Advance Magazine Publishers vs UASI — Nanso Group (TEEN VOGUE)
(Kawża T-509/12)
2013/C 26/127
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Advance Magazine Publishers, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Aikens, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Nanso Group Oy (Nokia, il-Finlandja)
Talbiet tar-rikorrenti
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta’ Settembru 2012, fil-Każ 147/2011-4 u tiċħad l-oppożizzjoni; u |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “TEEN VOGUE” għal fost oħrajn prodotti fil-klassi 25 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3529476
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark Svediża Nru 126124 tat-trade mark verbali “VOGUE” għal prodotti fil-klassi 25; reġistrazzjoni tat-trade mark Svediża Nru 43934 għas-sinjal figurattiv “Vogue”, għal prodotti fil-klassi 25; applikazzjoni għat-trade mark Finlandiża Nru T 199803628 għat-trade mark verbali “VOGUE”, għal prodotti fil-klassi 25; trade name awżiljarju rreġistrat “VO Gue”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti kkontestati kollha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.