Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0485

    Kawża T-485/12: Rikors ippreżentat fis- 9 ta’ Novembru 2012 — Grupo Bimbo vs UASI (SANISSIMO)

    ĠU C 26, 26.1.2013, p. 54–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.1.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 26/54


    Rikors ippreżentat fis-9 ta’ Novembru 2012 — Grupo Bimbo vs UASI (SANISSIMO)

    (Kawża T-485/12)

    2013/C 26/109

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Grupo Bimbo, SAB de CV (il-Messiku, il-Messiku) (rappreżentant: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet tar-rikorrenti

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha, filwaqt li tieħu att tat-talba mressqa tagħha, kif ukoll tad-dokumenti prodotti magħha, tikkonstata l-preżentata, fit-termini stabbiliti u f’forma tajba u xierqa, ta’ rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Awwissu 2012, mogħtija fil-Każ R 1218/2011-2 u, fi tmiem il-proċedura, tagħti sentenza li tannulla din id-deċiżjoni u li tikkundanna espressament lill-UASI għall-ispejjeż, u b’hekk tawtorizza r-reġistrazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja SANISSIMO taħt in-Nru 9274119 bħala fondata.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni: it-trade mark verbali “SANISSIMO”, għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9274119

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati:

    ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009;

    ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009


    Top