This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TN0417
Case T-417/12: Action brought on 21 September 2012 — SFC Jardibric v OHIM — Aqua Center Europa (AQUA FLOW)
Kawża T-417/12: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Settembru 2012 — SFC Jardibric vs UASI — Aqua Center Europa (AQUA FLOW)
Kawża T-417/12: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Settembru 2012 — SFC Jardibric vs UASI — Aqua Center Europa (AQUA FLOW)
ĠU C 373, 1.12.2012, p. 6–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/6 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2012 — SFC Jardibric vs UASI — Aqua Center Europa (AQUA FLOW)
(Kawża T-417/12)
2012/C 373/11
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: SFC Jardibric (St Jean de la Ruelle, Franza) (rappreżentant: J.-L. Fourgoux, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aqua Center Europa, SA (Madrid, Spanja)
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-20 ta’ Lulju 2012, fil-Każ R 2230/2010-4, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tas-16 ta’ Settembru 2010; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: Trade mark figurattiva bl-element verbali “AQUA FLOW” għal prodotti fil-klassijiet 6, 7, 9, 11, 17, 19 u 21 — trade mark Komunitarja Nru 1162064
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Aqua Center Europa, SA
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: Trade mark figurattiva nazzjonali bl-element verbali “VAQUA FLOW” għal prodotti fil-klassi 11
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: It-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità hija miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ir-rikors huwa miċħud
Motivi invokati:
— |
Ksur tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni fir-rigward tal-prodotti; |
— |
Nuqqas ta’ konfużjoni bejn is-sinjali. |