Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0360

    Kawża T-360/12: Rikors ippreżentat fit- 8 ta’ Awwissu 2012 — Vuitton Malletier vs UASI — Nanu-Nana (rappreżentazzjoni b’disinn iċċanġjat)

    ĠU C 319, 20.10.2012, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.10.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 319/11


    Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2012 — Vuitton Malletier vs UASI — Nanu-Nana (rappreżentazzjoni b’disinn iċċanġjat)

    (Kawża T-360/12)

    2012/C 319/20

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Louis Vuitton Malletier (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzaretti u N. Parrotta, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Nanu-Nana Handelsgesellschaft mbH für Geschenkartikel & Co. KG (Berlin, il-Ġermanja)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-16 ta’ Mejju 2012, fil-Każ R 1854/2011-1;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti f’dawn il-proċeduri;

    tikkundanna lil Nanu-Nana Handelsgesellschaft mbH für Geschenkartikel & Co. KG għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u l-Bordijiet tal-Appell tal-UASI.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva li tirrappreżenta disinn iċċangjat għal prodotti fil-klassi 18 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6587851

    Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

    Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell ippreżentat it-talba tagħha għal dikjarazzjoni ta’ invalidità kontra CTM għal raġunijiet assoluti, jiġifieri l-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b), (c), (d), (e)(iii) u (f) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, u għal raġunijiet assoluti skont l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħa kollha kemm hi

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati:

    ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009; u

    ksur tal-Artikolu 7(3) u tal-Artikolu 52(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


    Top