Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0274

Kawża T-274/12: Rikors ippreżentat fil- 15 ta’ Ġunju 2012 — Alfastar Benelux vs Il-Kunsill

ĠU C 243, 11.8.2012, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/31


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2012 — Alfastar Benelux vs Il-Kunsill

(Kawża T-274/12)

2012/C 243/55

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alfastar Benelux (Ixelles, il-Belġju) (rappreżentanti: N. Keramidas u N. Korogiannakis, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara u tiddeċiedi li l-konvenut naqas milli jissodisfa l-obbligu tiegħu taħt l-Artikolu 266 TFUE, peress li, minkejja li ntalab formalment jagħmel hekk, huwa naqas milli jadotta miżuri sabiex jikkonforma ruħu mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-20 ta’ Ottubru 2011 fil-Kawża T-57/09 Alfastar Benelux vs Il-Kunsill u sabiex jiddefinixxi l-pożizzjoni tiegħu f’dan ir-rigward fit-terminu stabbilit;

tordna lill-konvenut jadotta l-miżuri kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-20 ta’ Ottubru 2011 fil-Kawża T-57/09 Alfastar Benelux vs Il-Kunsill u sabiex jiddefinixxi l-pożizzjoni tiegħu f’dan ir-rigward;

tordna lill-konvenut sabiex iħallas id-danni lir-rikorrenti li jammontaw għal EUR 20 000 skont l-Artikolu 340 TFUE; u

tordna lill-konvenut għall-ispejjeż legali u għal spejjeż oħra sostnuti b’rabta ma’ dan ir-rikors, anki jekk dan ir-rikors jiġi miċħud.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, li jallega li l-konvenut naqas milli jissodisfa l-obbligu tiegħu taħt l-Artikolu 266 TFUE, peress li, minkejja li ntalab formalment jagħmel hekk, huwa naqas milli jadotta miżuri sabiex jikkonforma ruħu mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-20 ta’ Ottubru 2011 fil-Kawża T-57/09 Alfastar Benelux vs Il-Kunsill u sabiex jiddefinixxi l-pożizzjoni tiegħu f’dan ir-rigward fit-terminu stabbilit.


Top