Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0138

    Kawża T-138/12: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Marzu 2012 — Geipel vs UASI — Reeh (BEST BODY NUTRITION)

    ĠU C 157, 2.6.2012, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 157/10


    Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2012 — Geipel vs UASI — Reeh (BEST BODY NUTRITION)

    (Kawża T-138/12)

    2012/C 157/18

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Yves Geipel (Auerbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Sachs avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Jörg Reeh (Buxtehude, il-Ġermanja)

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ Jannar 2010 u tiċħad l-oppożizzjoni tal-24 ta’ Lulju 2009;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-kawża u għall-ispejjeż inkorsi fil-kuntest tal-proċedimenti tal-appell;

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “BEST BODY NUTRITION” (Reġistrazzjoni internazzjonali Nru W 982 101, li tindika l-Unjoni Ewropea) għal prodotti fil-klassijiet 25, 28, 29, 30 u 32

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Jörg Reeh

    Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Komunitarja Nru 4 020 161“BEST4BODY” għal prodotti fil-klassi 25

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ma hemm ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti


    Top