Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0093

    Kawża T-93/12: Rikors ippreżentat fit- 23 ta’ Frar 2012 — Gas vs UASI — Grotto (BLUE JEANS GAS)

    ĠU C 126, 28.4.2012, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.4.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 126/21


    Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2012 — Gas vs UASI — Grotto (BLUE JEANS GAS)

    (Kawża T-93/12)

    2012/C 126/42

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: André Pierre Gas (Marseille, Franza) (rappreżentant: L. Levy, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Grotto SpA (Chiuppano, l-Italja)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-7 ta’ Diċembru 2011, fil-Każ R 620/2009-1, kollha kemm hi u tirrinvija l-każ quddiem il-UASI, sabiex jiġi deċiż mill-ġdid fid-dawl tad-deċiżjoni li ser tingħata;

    tikkundanna lill-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja kkontestata sabiex iħallas l-ispejjeż futuri kollha ta’ din il-kawża u sabiex jirrimborsa lir-rikorrent l-ispejjeż tal-appell inkorsi minnu sa dan il-punt.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva li tikkonsisti fl-elementi verbali “BLUE JEANS GAS” għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 14 u 25 — Trade mark Komunitarja rreġistrata Nru 305050.

    Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell.

    Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

    Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: il-motivazzjoni mressqa għat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità hija minn naħa waħda bbażata fuq l-applikazzjoni tal-Artikoli 53(1)(a) u (c); 8(1)(b); 53(2); u 8(1) tar-Regolament Nru 207/2009, u min-naħa l-oħra fuq ir-reġistrazzjonijiet Franċiżi Nru 1594704 u Nru 1627459 tat-trade marks figurattivi “-GAS- BIJOUX” u “BIJOUX -GAS-” għal prodotti fil-klassijiet 14 u 25.

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Komunitarja annullata parzjalment.

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: annullament parzjali tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, annullament parzjali tat-trade mark Komunitarja u ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità.

    Motivi invokati:

     

    Ksur tal-Artikolu 56(3) tar-Regolament Nru 40/94 (Artikolu 57(3) il-ġdid) u tar-Regola 22(3) u (4) tar-Regolament Nru 2868/95; ksur tal-Artikolu 15(1) u (2) tar-Regolament Nru 40/94 u tal-Artikolu L714(5)(b) tal-Kodiċi tal-Proprjetà Intellettwali Franċiż; ksur tal-Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (Artikolu 75 il-ġdid), sa fejn il-Bord tal-Appell wettaq diversi żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-prova ta’ użu tat-trade mark preċedenti fil-klassi 25.

     

    Applikazzjoni żbaljata tal-Artikoli 52(1)(a) u 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 u ksur tal-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 40/94 u tad-dispożizzjonijiet tad-dritt Franċiż, Artikoli 2262 tal-Kodiċi Ċivili u L714(3) tal-Kodiċi tal-Proprjetà Intellettwali Franċiż, sa fejn l-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni mill-Bord tal-Appell hija żbaljata.

     

    Ksur tal-Artikolu 74 tar-Regolament Nru 40/94, sa fejn il-Bord tal-Appell iddeċieda ultra petita meta ddeċieda dwar il-paragun tal-prodotti fil-klassi 14, liema ħaġa ma kinitx tifforma parti mis-suġġett tal-appell li kien ippreżentat quddiemu.

     

    Ksur tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Nru 40/94, peress li l-Bord tal-Appell ma setax jillimita l-eżami tiegħu biss fuq id-dritt preċedenti li jirriżulta mit-trade mark Nru 1594704, wara li ddeċieda li jeżerċita l-kompetenzi tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, u lanqas seta’ jirrinvija l-każ quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni sabiex din tiddeċiedi fuq id-drittijiet invokati l-oħra, li kienu diġà s-suġġett ta’ eżami.


    Top