Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0091

    Kawża T-91/12: Rikors ippreżentat fit- 23 ta’ Frar 2012 — Flying Holding et vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 126, 28.4.2012, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.4.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 126/20


    Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2012 — Flying Holding et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-91/12)

    2012/C 126/40

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Flying Holding NV (Antwerpen-Wilrijk, il-Belġju); Flying Group Lux SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu); u Flying Service NV (Antwerpen-Deurne, il-Belġju) (rappreżentanti: C. Doutrelepont u V. Chapoulaud, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea tal-15 ta’ Diċembru 2011 u tas-17 ta’ Jannar 2012;

    tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż tal-kawża.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Permezz tar-rikors preżenti, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jiċħdu t-talba tagħhom sabiex jipparteċipaw fil-proċedura ristretta ta’ sejħa għal offerti li tirrigwarda l-provvista ta’ servizzi tat-trasport bl-ajru mhux regolari tal-passiġġieri u taċ-charter ta’ titjiriet taxi (1).

    Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

    (1)

    L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni, sa fejn il-Kummissjoni, fil-kuntest tat-tieni deċiżjoni tagħha tas-17 ta’ Jannar 2012, la eżaminat, u lanqas wieġbet għall-elementi li ġew ikkomunikati lilha mir-rikorrenti wara d-deċiżjoni tal-15 ta’ Diċembru 2011.

    (2)

    It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża, sa fejn il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq informazzjoni li hija kisbet mill-awtoritajiet Lussemburgiżi mingħajr ma ġew ikkomunikati lir-rikorrenti qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni tal-15 ta’ Diċembru 2011.

    (3)

    It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, peress li l-Kummissjoni kkunsidrat, fl-ewwel deċiżjoni tagħha, xi dokumenti mingħajr ma fittxet il-perspettiva tar-rikorrenti f’dan ir-rigward u peress li permezz tat-tieni deċiżjoni kkonfermat l-ewwel waħda mingħajr ma wieġbet għall-elementi ġodda messqa mir-rikorrenti fil-frattemp.

    (4)

    Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn il-Kummissjoni ma ħaditx il-miżura l-inqas restrittiva għar-rikorrenti billi pprojbitilhom li jipparteċipaw għall-proċedura ristretta għal għoti ta’ ftehim qafas għar-raġuni li l-informazzjoni pprovduta dwar il-kumpannija Lussemburgiża Flying Group ma hijiex preċiża, sinċiera u kompleta, meta l-informazzjoni rilevanti u f’konnessjoni diretta mas-suġġett tal-kuntratt ġiet trażmessa f’ħin xieraq.

    (5)

    Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 89 tar-Regolament Finanzjarju (2) u tal-Artikolu 135 tar-Regolament ta’ imlementazzjoni tar-Regolament Finanzjarju (3), sa fejn il-Kummissjoni Ewropea kienet eżigiet li r-rikorrenti jipprovdulha informazzjoni dwar il-kumpannija Lussemburgiża tagħhom mingħajr konnessjoni diretta mas-suġġett tal-kuntratt li jirrigwarda biss it-trasport bl-ajru bi tluq minn Brussell.


    (1)  ĠU 2011/S 192-312059.

    (2)  Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25, tal-25 ta’ Ġunju 2002, rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 74).

    (3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002, tat-23 ta’ Diċembru 2002, li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 145).


    Top