This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TJ0253
Judgment of the General Court (Seventh Chamber) of 28 October 2015 (Extracts).#Hammar Nordic Plugg AB v European Commission.#State aid — Sale and leasing of plots of land and a production site — Decision declaring the aid incompatible with the internal market and ordering recovery thereof — Lack of a tendering procedure — Determination of the market price — Private investor test — Effect on trade between Member States.#Case T-253/12.
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2015 (Estratti).
Hammar Nordic Plugg AB vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Għajnuna mill-Istat – Bejgħ u kiri ta’ art u ta’ sit tal-produzzjoni – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Assenza ta’ proċeduri ta’ sejħa għal offerti – Determinazzjoni tal-prezz tas-suq – Kriterju ta’ investitur privat – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri.
Kawża T-253/12.
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2015 (Estratti).
Hammar Nordic Plugg AB vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Għajnuna mill-Istat – Bejgħ u kiri ta’ art u ta’ sit tal-produzzjoni – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Assenza ta’ proċeduri ta’ sejħa għal offerti – Determinazzjoni tal-prezz tas-suq – Kriterju ta’ investitur privat – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri.
Kawża T-253/12.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:T:2015:811
Fil-Kawża T‑253/12,
Hammar Nordic Plugg AB, stabbilita fi Trollhättan (l-Isvezja), irrappreżentata minn I. Otken Eriksson u U. Öberg, avukati,
rikorrenti,
vs
Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn D. Grespan u P.‑J. Loewenthal, bħala aġenti, assistiti minn L. Sandberg‑Morch, avukat,
konvenuta,
li għandha bħala suġġett talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/293/UE, tat-8 ta’ Frar 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28809 (C 29/10) (ex NN 42/10 & ex CP 194/09) implimentata mill-Isvezja favur Hammar Nordic Plugg AB (ĠU L 150, p. 78),
IL-QORTI ĠENERALI (Is-Seba’ Awla),
komposta minn M. van der Woude, I. Wiszniewska‑Białecka u I. Ulloa Rubio (Relatur), Imħallfin,
Reġistratur: C. Heeren, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-26 ta’ Marzu 2015,
tagħti l-preżenti
Sentenza (1)
Il-fatti li wasslu għall-kawża
[ omissis ]
Proċedura amministrattiva
[ omissis ]
Deċiżjoni kkontestata
[ omissis ]
Proċedura u t-talbiet tal-partijiet
[ omissis ]
25. Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-8 ta’ Ġunju 2012, ir-rikorrenti ppreżentat dan ir-rikors.
26. Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
– tannulla d-deċiżjoni kkontestata b’mod sħiħ jew parzjalment;
– tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
27. Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
– tiċħad ir-rikors bħala mhux fondat;
– tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.
Id-dritt
[ omissis ]
Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ evalwazzjoni fil-kuntest tal-klassifikazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat
[omissis]
32. Sabiex tivverifika jekk il-bejgħ ta’ art minn awtorità pubblika lil persuna privata jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, kien hemm lok li l-Kummissjoni tapplika l-kriterju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq, sabiex jiġi vverifikat jekk il-prezz imħallas mill-benefiċjarju preżunt tal-għajnuna, jikkorrispondix mal-prezz li investitur privat, li jopera f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, seta’ jiffissa. B’mod ġenerali, l-użu ta’ dan il-kriterju jimplika min-naħa tal-Kummissjoni evalwazzjoni ekonomika kumplessa (sentenza Il‑Kummissjoni vs Scott, punt 31 iktar ‘il fuq, EU:C:2010:480, punt 68).
[ omissis ]
Fuq l-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-prezz ta’ trasferiment ta’ SEK 8 000 000
[ omissis ]
40. Barra minn hekk, għandu jiġi mfakkar, f’dak li jirrigwarda t-tielet argument tar-rikorrenti, li jispeċifika li ma hemm ebda raġuni li wieħed jirrikorri għal proċedura ta’ sejħa għal offerti formali qabel il-bejgħ, il-Kummissjoni hija marbuta bil-Linji gwida u bil-komunikazzjonijiet li hija tadotta, sa fejn dawn ikunu konformi mar-regoli tat-Trattat FUE u fejn huma aċċettati mill-Istati Membri (sentenza tas-16 ta’ Lulju 2014, Zweckverband Tierkörperbeseitigung vs Il‑Kummissjoni, T‑309/12, EU:T:2014:676, punt 212).
41. Għalhekk, il-Kummissjoni tista’, fl-assenza ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti miftuħa u inkundizzjonata, tibbaża fuq l-istimi li kienu għad-dispożizzjoni tagħha, konformement mal-punt 2(a) tal-komunikazzjoni.
[ omissis ]
Fuq l-assenza ta’ eżami tal-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat matul ix-xiri tal-faċilità minn FABV għal SEK 17 000 000
[ omissis ]
60. Fl-ewwel lok, għandu jingħad li, fis-sunt tad-deċiżjoni tagħha ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali tal-bejgħ tal-faċilità minn FABV lir-rikorrenti, il-Kummissjoni indikat, f’dak li jirrigwarda l-bejgħ ta’ din il-faċilità ta’ Chips lil FABV, hekk kif ġej:
“Il-prezz imħallas minn FABV biex tixtri l-Faċilità ma jidhirx li hu ogħla mill-valur fis-suq, kif indikat minn konsulenti indipendenti ta’ parti terza. Għalhekk, wieħed jista’ jeskludi li t-Tranżazzjoni A fiha element ta’ għajnuna u ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE.”
61. Għalhekk il-Kummissjoni, f’dak li jirrigwarda l-bejgħ tal-faċilità ta’ Chips lil FABV, ħadet deċiżjoni, konformement mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal‑Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu [108 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339), li t-termini tagħha b’mod ċar jissuġġerixxu li hija finali.
62. Issa, jekk deċiżjoni tal-Kummissjoni tiddikjara li miżura ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE mingħajr ma tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE u jekk persuna interessata tissalvagwardja d-drittijiet proċedurali li hija għandha permezz tal-istess dispożizzjoni, hija għandha tippreżenta rikors quddiem il-Qorti Ġenerali kontra din id-deċiżjoni fit-terminu previst mill-ħames paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE (digriet tas-27 ta’ Novembru 2001, Wöhr vs Il‑Kummissjoni, T‑222/00, Ġabra, EU:T:2001:274, punt 34 ).
63. F’din il-kawża, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ma ppreżentatx tali rikors f’dan it-terminu.
64. Fit-tieni lok, kif indikat mill-Kummissjoni, il-proċeduri li jippermettu r-revoka ta’ deċiżjoni finali li fiha hija kkonstatat li miżura ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat hija stabbilita fl-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 659/1999, li permezz tagħha l-Kummissjoni tista’ tirrevoka tali deċiżjoni jekk din ġiet adottata fuq il-bażi ta’ informazzjoni ineżatta ta’ importanza determinanti.
65. Issa, l-uniku argument tar-rikorrenti dwar l-allegata informazzjoni ineżatta hija dik dwar ir-rata ta’ diżokkupazzjoni tal-bini inkluża fl-ewwel stima. Ir-rikorrenti tindika li l-memorandum ta’ bejgħ tal-faċilità ta’ Chips lil FABV kienet ibbażata fuq rata ta’ diżokkupazzjoni ta’ 10 %, meta din fil-fatt kienet ta’ 100 % f’dak li jirrigwarda l-proprjetajiet vakanti. Ir-rikorrenti tikkontesta wkoll l-indikazzjoni tal-Kummissjoni li hija kienet informata mill-awtoritajiet lokali li kerrej instab mit-13 ta’ Frar 2008.
66. F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ma tipproduċi l-ebda prova insostenn tal-affermazzjonijiet tagħha u lanqas ma tispjega liema rata ta’ diżokkupazzjoni kienet, fil-fehma tagħha, eżatta għall-faċilità kollha.
67. L-argumenti l-oħra tar-rikorrenti huma biss affermazzjonijiet, mhux issostanzjati, u li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti mill-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 659/1999.
[ omissis ]
Fuq l-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq
[ omissis ]
78. F’din il-kawża, ma huwiex ikkontestat li, fl-istess jum, jiġifieri fit-13 ta’ Frar 2008, FABV xtrat il-faċilità għal ammont ta’ SEK 17 000 000 u li tat lir-rikorrenti għażla ta’ xiri għal ammont ta’ SEK 8 000 000.
79. Fl-ewwel lok, għandu jiġi kkonstatat li huwa dubjuż li investitur privat kien wettaq tali operazzjoni.
80. Fit-tieni lok, għandu jiġi osservat li jirriżulta mill-punt 16 tad-deċiżjoni ta’ ftuħ li FABV aċċettat prezz ta’ bejgħ mill-ġdid iktar baxx fit-tama li jiġi żgurat it-tħaddim kontinwu tal-faċilità u li jiġu ssalvagwardjati l-impjiegi. Għaldaqstant huwa stabbilit fost il-partijiet li l-komun dejjem kellu dan l-għan, hekk kif ir-rikorrenti fakkret hija stess fir-rikors. Huwa wkoll indikat, fil-punt 58 tad-deċiżjoni kkontestata, li dan l-għan huwa wkoll l-uniku wieħed imsemmi mill-awtoritajiet Svediżi lill-Kummissjoni.
81. Barra minn hekk, jirriżulta mill-ittra tas-27 ta’ Novembru 2009, iċċitata mir-rikorrenti, li FABV ikkunsidrat li l-proġett fejn hija tixtri l-faċilità u wara tikrih lir-rikorrenti, li mbagħad hija min-naħa tagħha tikrih lil Nya li Topp, jippermetti t-tħaddim kontinwu tal-faċilità u li jiġu ssalvagwardjati l-impjiegi mhedda mill-għeluq ta’ din.
82. FABV għalhekk iddeċidiet, hekk kif huwa indikat f’din l-ittra, li titlob lill-komun kontribut ta’ SEK 9 000 000, intiż sabiex ikopri t-telf inerenti għall-bejgħ tal-faċilità lir-rikorrenti għal SEK 8 000 000 . F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni pproduċiet kopja ta’ sentenza mogħtija mill-Kammarrätt i Göteborg (Qorti Amministrattiva tal-Appell ta’ Göteborg, l-Isvezja) tal-1 ta’ Diċembru 2012, dwar it-talba ta’ FABV sabiex tnaqqas telf tal-kapital insegwitu għall-bejgħ tal-faċilità lir-rikorrenti.
[ omissis ]
Fuq in-nuqqas ta’ affidabbiltà tal-aħħar stima, adottata mill-Kummissjoni
[ omissis ]
Fuq l-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tat-trasferiment ulterjuri tal-faċilità għal ammont ta’ SEK 8 000 000
[ omissis ]
Fuq il-kuntratt ta’ kiri bejn ir-rikorrenti u Nya Topp
[ omissis ]
Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq l-effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni
[ omissis ]
Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq l-obbligi ta’ eżami u ta’ motivazzjoni, kif ukoll tad-drittijiet tad-difiża
[ omissis ]
Fuq l-obbligu ta’ eżami mill-Kummissjoni
[ omissis ]
Fuq l-obbligu ta’ motivazzjoni
[ omissis ]
Fuq id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti
[ omissis ]
Fuq l-ispejjeż
[ omissis ]
(1) .
(1) – Qed jiġu riprodotti biss il-punti ta’ din is-sentenza li l-Qorti Ġenerali tqis li l-pubblikazzjoni tagħhom hija utli.
Għal dawn il-motivi,
IL-QORTI ĠENERALI (Is-Seba’ Awla)
taqta’ u tiddeċiedi:
1) Ir-rikors huwa miċħud.
2) Hammar Nordic Plugg AB għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mil-Kummissjoni Ewropea.
SENTENZA TAL-QORTI ĠENERALI (Is-Seba’ Awla)
28 ta’ Ottubru 2015 ( *1 )
“Għajnuna mill-Istat — Bejgħ u kiri ta’ art u ta’ sit tal-produzzjoni — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Assenza ta’ proċeduri ta’ sejħa għal offerti — Determinazzjoni tal-prezz tas-suq — Kriterju ta’ investitur privat — Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri”
Fil-Kawża T‑253/12,
Hammar Nordic Plugg AB, stabbilita fi Trollhättan (l-Isvezja), irrappreżentata minn I. Otken Eriksson u U. Öberg, avukati,
rikorrenti,
vs
Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn D. Grespan u P.‑J. Loewenthal, bħala aġenti, assistiti minn L. Sandberg‑Morch, avukat,
konvenuta,
li għandha bħala suġġett talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/293/UE, tat-8 ta’ Frar 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28809 (C 29/10) (ex NN 42/10 & ex CP 194/09) implimentata mill-Isvezja favur Hammar Nordic Plugg AB (ĠU L 150, p. 78),
IL-QORTI ĠENERALI (Is-Seba’ Awla),
komposta minn M. van der Woude, I. Wiszniewska‑Białecka u I. Ulloa Rubio (Relatur), Imħallfin,
Reġistratur: C. Heeren, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-26 ta’ Marzu 2015,
tagħti l-preżenti
Sentenza ( 1 )
Il-fatti li wasslu għall-kawża
[omissis]
Proċedura amministrattiva
[omissis]
Deċiżjoni kkontestata
[omissis]
Proċedura u t-talbiet tal-partijiet
[omissis]
|
25 |
Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-8 ta’ Ġunju 2012, ir-rikorrenti ppreżentat dan ir-rikors. |
|
26 |
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
|
27 |
Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
Id-dritt
[omissis]
Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq żbalji ta ’ evalwazzjoni fil-kuntest tal-klassifikazzjoni ta ’ għajnuna mill-Istat
[omissis]
|
32 |
Sabiex tivverifika jekk il-bejgħ ta’ art minn awtorità pubblika lil persuna privata jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, kien hemm lok li l-Kummissjoni tapplika l-kriterju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq, sabiex jiġi vverifikat jekk il-prezz imħallas mill-benefiċjarju preżunt tal-għajnuna, jikkorrispondix mal-prezz li investitur privat, li jopera f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, seta’ jiffissa. B’mod ġenerali, l-użu ta’ dan il-kriterju jimplika min-naħa tal-Kummissjoni evalwazzjoni ekonomika kumplessa (sentenza Il‑Kummissjoni vs Scott, punt 31 iktar ’il fuq, EU:C:2010:480, punt 68). [omissis] |
Fuq l-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-prezz ta’ trasferiment ta’ SEK 8000000
[omissis]
|
40 |
Barra minn hekk, għandu jiġi mfakkar, f’dak li jirrigwarda t-tielet argument tar-rikorrenti, li jispeċifika li ma hemm ebda raġuni li wieħed jirrikorri għal proċedura ta’ sejħa għal offerti formali qabel il-bejgħ, il-Kummissjoni hija marbuta bil-Linji gwida u bil-komunikazzjonijiet li hija tadotta, sa fejn dawn ikunu konformi mar-regoli tat-Trattat FUE u fejn huma aċċettati mill-Istati Membri (sentenza tas-16 ta’ Lulju 2014, Zweckverband Tierkörperbeseitigung vs Il‑Kummissjoni, T‑309/12, EU:T:2014:676, punt 212). |
|
41 |
Għalhekk, il-Kummissjoni tista’, fl-assenza ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti miftuħa u inkundizzjonata, tibbaża fuq l-istimi li kienu għad-dispożizzjoni tagħha, konformement mal-punt 2(a) tal-komunikazzjoni. [omissis] |
Fuq l-assenza ta’ eżami tal-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat matul ix-xiri tal-faċilità minn FABV għal SEK 17000000
[omissis]
|
60 |
Fl-ewwel lok, għandu jingħad li, fis-sunt tad-deċiżjoni tagħha ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali tal-bejgħ tal-faċilità minn FABV lir-rikorrenti, il-Kummissjoni indikat, f’dak li jirrigwarda l-bejgħ ta’ din il-faċilità ta’ Chips lil FABV, hekk kif ġej: “Il-prezz imħallas minn FABV biex tixtri l-Faċilità ma jidhirx li hu ogħla mill-valur fis-suq, kif indikat minn konsulenti indipendenti ta’ parti terza. Għalhekk, wieħed jista’ jeskludi li t-Tranżazzjoni A fiha element ta’ għajnuna u ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE.” |
|
61 |
Għalhekk il-Kummissjoni, f’dak li jirrigwarda l-bejgħ tal-faċilità ta’ Chips lil FABV, ħadet deċiżjoni, konformement mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal‑Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu [108 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339), li t-termini tagħha b’mod ċar jissuġġerixxu li hija finali. |
|
62 |
Issa, jekk deċiżjoni tal-Kummissjoni tiddikjara li miżura ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE mingħajr ma tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE u jekk persuna interessata tissalvagwardja d-drittijiet proċedurali li hija għandha permezz tal-istess dispożizzjoni, hija għandha tippreżenta rikors quddiem il-Qorti Ġenerali kontra din id-deċiżjoni fit-terminu previst mill-ħames paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE (digriet tas-27 ta’ Novembru 2001, Wöhr vs Il‑Kummissjoni, T‑222/00, Ġabra, EU:T:2001:274, punt 34 ). |
|
63 |
F’din il-kawża, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ma ppreżentatx tali rikors f’dan it-terminu. |
|
64 |
Fit-tieni lok, kif indikat mill-Kummissjoni, il-proċeduri li jippermettu r-revoka ta’ deċiżjoni finali li fiha hija kkonstatat li miżura ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat hija stabbilita fl-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 659/1999, li permezz tagħha l-Kummissjoni tista’ tirrevoka tali deċiżjoni jekk din ġiet adottata fuq il-bażi ta’ informazzjoni ineżatta ta’ importanza determinanti. |
|
65 |
Issa, l-uniku argument tar-rikorrenti dwar l-allegata informazzjoni ineżatta hija dik dwar ir-rata ta’ diżokkupazzjoni tal-bini inkluża fl-ewwel stima. Ir-rikorrenti tindika li l-memorandum ta’ bejgħ tal-faċilità ta’ Chips lil FABV kienet ibbażata fuq rata ta’ diżokkupazzjoni ta’ 10 %, meta din fil-fatt kienet ta’ 100 % f’dak li jirrigwarda l-proprjetajiet vakanti. Ir-rikorrenti tikkontesta wkoll l-indikazzjoni tal-Kummissjoni li hija kienet informata mill-awtoritajiet lokali li kerrej instab mit-13 ta’ Frar 2008. |
|
66 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ma tipproduċi l-ebda prova insostenn tal-affermazzjonijiet tagħha u lanqas ma tispjega liema rata ta’ diżokkupazzjoni kienet, fil-fehma tagħha, eżatta għall-faċilità kollha. |
|
67 |
L-argumenti l-oħra tar-rikorrenti huma biss affermazzjonijiet, mhux issostanzjati, u li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti mill-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 659/1999. [omissis] |
Fuq l-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq
[omissis]
|
78 |
F’din il-kawża, ma huwiex ikkontestat li, fl-istess jum, jiġifieri fit-13 ta’ Frar 2008, FABV xtrat il-faċilità għal ammont ta’ SEK 17000000 u li tat lir-rikorrenti għażla ta’ xiri għal ammont ta’ SEK 8000000. |
|
79 |
Fl-ewwel lok, għandu jiġi kkonstatat li huwa dubjuż li investitur privat kien wettaq tali operazzjoni. |
|
80 |
Fit-tieni lok, għandu jiġi osservat li jirriżulta mill-punt 16 tad-deċiżjoni ta’ ftuħ li FABV aċċettat prezz ta’ bejgħ mill-ġdid iktar baxx fit-tama li jiġi żgurat it-tħaddim kontinwu tal-faċilità u li jiġu ssalvagwardjati l-impjiegi. Għaldaqstant huwa stabbilit fost il-partijiet li l-komun dejjem kellu dan l-għan, hekk kif ir-rikorrenti fakkret hija stess fir-rikors. Huwa wkoll indikat, fil-punt 58 tad-deċiżjoni kkontestata, li dan l-għan huwa wkoll l-uniku wieħed imsemmi mill-awtoritajiet Svediżi lill-Kummissjoni. |
|
81 |
Barra minn hekk, jirriżulta mill-ittra tas-27 ta’ Novembru 2009, iċċitata mir-rikorrenti, li FABV ikkunsidrat li l-proġett fejn hija tixtri l-faċilità u wara tikrih lir-rikorrenti, li mbagħad hija min-naħa tagħha tikrih lil Nya li Topp, jippermetti t-tħaddim kontinwu tal-faċilità u li jiġu ssalvagwardjati l-impjiegi mhedda mill-għeluq ta’ din. |
|
82 |
FABV għalhekk iddeċidiet, hekk kif huwa indikat f’din l-ittra, li titlob lill-komun kontribut ta’ SEK 9000000, intiż sabiex ikopri t-telf inerenti għall-bejgħ tal-faċilità lir-rikorrenti għal SEK 8000000 . F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni pproduċiet kopja ta’ sentenza mogħtija mill-Kammarrätt i Göteborg (Qorti Amministrattiva tal-Appell ta’ Göteborg, l-Isvezja) tal-1 ta’ Diċembru 2012, dwar it-talba ta’ FABV sabiex tnaqqas telf tal-kapital insegwitu għall-bejgħ tal-faċilità lir-rikorrenti. [omissis] |
Fuq in-nuqqas ta’ affidabbiltà tal-aħħar stima, adottata mill-Kummissjoni
[omissis]
Fuq l-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tat-trasferiment ulterjuri tal-faċilità għal ammont ta’ SEK 8000000
[omissis]
Fuq il-kuntratt ta’ kiri bejn ir-rikorrenti u Nya Topp
[omissis]
Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq l-effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni
[omissis]
Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq l-obbligi ta ’ eżami u ta ’ motivazzjoni, kif ukoll tad-drittijiet tad-difiża
[omissis]
Fuq l-obbligu ta’ eżami mill-Kummissjoni
[omissis]
Fuq l-obbligu ta’ motivazzjoni
[omissis]
Fuq id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti
[omissis]
Fuq l-ispejjeż
[omissis]
|
Għal dawn il-motivi, IL-QORTI ĠENERALI (Is-Seba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Van der Woude Wiszniewska‑Białecka Ulloa Rubio Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-28 ta’ Ottubru 2015. Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Isvediż.
( 1 ) Qed jiġu riprodotti biss il-punti ta’ din is-sentenza li l-Qorti Ġenerali tqis li l-pubblikazzjoni tagħhom hija utli.