Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0512

    Kawża T-512/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2015 – Front Polisario vs Il-Kunsill (Relazzjonijiet barranin — Ftehim taħt forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni u l-Marokk — Liberalizzazzjoni reċiproka fuq il-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati, il-ħut u l-prodotti tas-sajd — Applikazzjoni tal-Ftehim għas-Saħara tal-Punent — Front Polisario — Rikors għal annullament — Locus standi — Interess dirett u individwali — Ammissibbiltà — Konformità mad-dritt internazzjonali — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża)

    ĠU C 68, 22.2.2016, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 68/26


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2015 – Front Polisario vs Il-Kunsill

    (Kawża T-512/12) (1)

    ((Relazzjonijiet barranin - Ftehim taħt forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni u l-Marokk - Liberalizzazzjoni reċiproka fuq il-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati, il-ħut u l-prodotti tas-sajd - Applikazzjoni tal-Ftehim għas-Saħara tal-Punent - Front Polisario - Rikors għal annullament - Locus standi - Interess dirett u individwali - Ammissibbiltà - Konformità mad-dritt internazzjonali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża))

    (2016/C 068/33)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Front populaire pour la libération de la saguia-el-hamra et du rio de oro (Front Polisario) (rappreżentanti: inizjalment C.-E. Hafiz u G. Devers, sussegwentement G. Devers, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Kyriakopoulou, A. Westerhof Löfflerová u N. Rouam, aġenti)

    Intervenjenti in sostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castillo de la Torre, E. Paasivirta u D. Stefanov, sussegwentement F. Castillo de la Torre u E. Paasivirta, bħala aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, 2012/497/UE, tat-8 ta’ Marzu 2012, dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jittratta miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni fuq il-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati, il-ħut u l-prodotti tas-sajd, is-sostituzzjoni tal-Protokolli Nri 1, 2 u 3 u tal-annessi tagħhom u l-emendi għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (ĠU L 241, p. 2).

    Dispożittiv

    1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/497/UE tat-8 ta’ Marzu 2012, dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jittratta miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni fuq il-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati, il-ħut u l-prodotti tas-sajd, is-sostituzzjoni tal-Protokolli Nri 1, 2 u 3 u tal-annessi tagħhom u l-emendi għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, hija annullata sa fejn hija tapprova l-applikazzjoni tal-imsemmi ftehim għas-Saħara tal-Punent.

    2)

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk esposti mill-Front populaire pour la libération de la saguia-el-hamra et du rio de oro (Front Polisario).


    (1)  ĠU C 55, 23.2.2013


    Top