EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0505

Kawża T-505/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2015 – Compagnie des montres Longines, Francillon vs UASI – Cheng (B) [“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva B — Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti li tirrappreżenta żewġ ġwienaħ miftuħa — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Assenza ta’ ħsara għar-reputazzjoni — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”]

ĠU C 107, 30.3.2015, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2015 – Compagnie des montres Longines, Francillon vs UASI – Cheng (B)

(Kawża T-505/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva B - Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti li tirrappreżenta żewġ ġwienaħ miftuħa - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ ħsara għar-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2015/C 107/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Compagnie des montres Longines, Francillon SA (Saint-Imier, l-Isvizzera) (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment F. Mattina, sussegwentement P. Bullock, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Xiuxiu Cheng (Budapest, l-Ungerija)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Settembru 2012 (Każ R 193/2012-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Compagnie des montres Longines, Francillon SA u Xiuxiu Cheng.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Compagnie des montres Longines, Francillon SA, hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 26, 26.01.2013.


Top