Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0433

    Kawża T-433/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Jannar 2014 — Steiff vs UASI (Buttuna tal-metall f’nofs il-widna ta’ ġugarell artab fil-forma ta’ annimal) ( “Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti fit-twaħħil ta’ buttuna f’nofs il-widna ta’ ġugarell artab fil-forma ta’ annimal — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” )

    ĠU C 52, 22.2.2014, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 52/35


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2014 — Steiff vs UASI (Buttuna tal-metall f’nofs il-widna ta’ ġugarell artab fil-forma ta’ annimal)

    (Kawża T-433/12) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti fit-twaħħil ta’ buttuna f’nofs il-widna ta’ ġugarell artab fil-forma ta’ annimal - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

    2014/C 52/66

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Margarete Steiff GmbH (Giengen an der Brenz, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Fissl, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Lulju 2012 (Każ R 1693/2011-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal li jikkonsisti fit-twaħħil ta’ buttuna tal-metall f’nofs il-widna ta’ ġugarell artab fil-forma ta’ annimal bħala trade mark Komunitarja.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Margarete Steiff GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 366, 24.11.2012.


    Top