Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0402

    Kawża T-402/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ April 2015 – Schlyter vs Il-Kummissjoni [“Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — It-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) — Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet ta’ investigazzjoni — Regolament (KE) Nru 1367/2006 — Artikolu 6(1) — Opinjoni dettaljata tal-Kummissjoni li tirrigwarda abbozz ta’ digriet dwar id-dikjarazzjoni annwali tas-sustanzi fl-istat ta’ nanopartiċelli, innotifikat mill-awtoritajiet Franċiżi lill-Kummissjoni b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/34/KE — Rifjut ta’ aċċess”]

    Information about publishing Official Journal not found, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.6.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 190/11


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ April 2015 – Schlyter vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-402/12) (1)

    ([“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - It-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet ta’ investigazzjoni - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Artikolu 6(1) - Opinjoni dettaljata tal-Kummissjoni li tirrigwarda abbozz ta’ digriet dwar id-dikjarazzjoni annwali tas-sustanzi fl-istat ta’ nanopartiċelli, innotifikat mill-awtoritajiet Franċiżi lill-Kummissjoni b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/34/KE - Rifjut ta’ aċċess”])

    (2015/C 190/13)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Carl Schlyter (Linköping, l-Isvezja) (rappreżentanti: O. Brouwer u S. Schubert, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira, A. Tokár u C. Zadra, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: S. Hartikainen, aġent); u r-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: inizjalment A. Falk, C. Meyer-Seitz, U. Persson, C. Stege, S. Johannesson u H. Karlsson, sussegwentement A. Falk, C. Meyer-Seitz, U. Persson, E. Karlsson, L. Swedenborg u C. Hagerman, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: B. Beaupère-Manokha, D. Colas u F. Fize, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-27 ta’ Ġunju 2012, li rrifjutat, matul il-perijodu ta’ statu quo, l-aċċess għall-opinjoni dettaljata tagħha li tirrigwarda abbozz ta’ digriet dwar il-kontenut u r-rekwiżiti ta’ preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni annwali tas-sustanzi fl-istat ta’ nanopartiċelli (2011/673/F), li kienet ġiet innotifikata lilha mill-awtoritajiet Franċiżi, b’applikazzjoni tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337), kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Lulju 1998 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 21, p. 8).

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tas-27 ta’ Ġunju 2012, li rrifjutat, matul il-perijodu ta’ statu quo, l-aċċess għall-opinjoni dettaljata tagħha li tirrigwarda abbozz ta’ digriet dwar il-kontenut u r-rekwiżiti ta’ preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni annwali tas-sustanzi fl-istat ta’ nanopartiċelli (2011/673/F), li kienet ġiet innotifikata lilha mill-awtoritajiet Franċiżi, b’applikazzjoni tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi, kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Lulju 1998, hija annullata.

    2)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn Carl Schlyter.

    3)

    Ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


    (1)  ĠU C 343, 10.11.2012.


    Top