This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TA0356
Case T-356/12: Judgment of the General Court of 3 April 2014 — Debonair Trading Internacional v OHIM — Ibercosmetica (SÔ:UNIC) (Community trade mark — Opposition proceedings — Application for the Community word mark SÔ:UNIC — Earlier Community and national word marks SO…?, SO…? ONE, SO…? CHIC and non-registered word marks — Relative grounds for refusal — Article 8(1)(b) of Regulation (EC) No 207/2009 — Likelihood of confusion — Family of marks — Article 8(4) of Regulation No 207/2009 — Rule 15(2)(b)(iii) of Regulation (EC) No 2868/95 — Admissibility of the opposition)
Kawża T-356/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 3 ta’ April 2014 – Debonair Trading Internacional vs UASI – Ibercosmetica (SÔ:UNIC) [ “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SÔ:UNIC — Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali preċedenti SO…?, SO…? ONE, SO…? CHIC u trade marks verbali mhux irreġistrati — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Familja ta’ trade marks — Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 — Regola 15(2)(b)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 — Ammissibbiltà tal-oppożizzjoni” ]

ĠU C 159, 26.5.2014, p. 22–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 159/22 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ April 2014 – Debonair Trading Internacional vs UASI – Ibercosmetica (SÔ:UNIC)
(Kawża T-356/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SÔ:UNIC - Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali preċedenti SO…?, SO…? ONE, SO…? CHIC u trade marks verbali mhux irreġistrati - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Familja ta’ trade marks - Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 - Regola 15(2)(b)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Ammissibbiltà tal-oppożizzjoni”])
2014/C 159/30
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Debonair Trading Internacional Lda (Funchal, Madère) (rappreżentant: T. Alkin, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ibercosmetica, SA de CV (Il-Belt tal-Messiku, il-Messiku)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 1033/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Debonair Trading Internacional Lda u Ibercosmetica, SA de CV.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-4 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 1033/2011-4), hija annullata inkwantu l-Bord tal-Appell ċaħad bħala inammissibbli l-oppożizzjoni fondata fuq l-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, fid-dawl tas-sinjali invokati minn Debonair Trading Internacional Lda fir-rigward tar-Renju Unit u l-Irlanda. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess. |