Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0345

    Kawża T-345/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar – Akzo Nobel  et vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Suq Ewropew tal-perossidu tal-idroġenu u tal-perborat — Pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Ċaħda ta’ talba intiża sabiex jinkiseb it-trattament kunfidenzjali ta’ informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni bis-saħħa tal-komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tagħha — Obbligu ta’ motivazzjoni — Kunfidenzjalità — Sigriet professjonali — Aspettattivi leġittimi” )

    ĠU C 89, 16.3.2015, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.3.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 89/17


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar – Akzo Nobel et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-345/12) (1)

    ((“Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Suq Ewropew tal-perossidu tal-idroġenu u tal-perborat - Pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Ċaħda ta’ talba intiża sabiex jinkiseb it-trattament kunfidenzjali ta’ informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni bis-saħħa tal-komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tagħha - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kunfidenzjalità - Sigriet professjonali - Aspettattivi leġittimi”))

    (2015/C 089/18)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Akzo Nobel NV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi); Akzo Chemicals Holding AB (Nacka, l-Isvezja); u Eka Chemicals AB (Bohus, l-Isvezja) (rappreżentanti: C. Swaak u R. Wesseling, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, M. Kellerbauer u G. Meessen, aġenti)

    Parti intervenjenti in sostenn tal-parti konvenuta: CDC Hydrogene Peroxide Cartel Damage Claims (CDC Hydrogene Peroxide) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: T. Funke, avukat)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 3533 finali, tal-24 ta’ Mejju 2012, li tirrigwarda ċ-ċaħda ta’ talba għal trattament kunfidenzjali mressqa minn Akzo Nobel, Akzo Chemicals Holding u Eka Chemicals, skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-President tal-Kummissjoni 2011/695/UE, tat-13 ta’ Ottubru 2011, dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (Każ COMP/38.620 – Perossidu tal-idroġenu u perborat).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Akzo Nobel NV, Akzo Chemicals Holding AB u Eka Chemicals AB huma kkundannati għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 295, 29.9.2012.


    Top