Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0341

    Kawża T-341/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 28 ta’ Jannar 2015 – Evonik Degussa vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Suq Ewropew tal-perossidu tal-idroġenu u tal-perborat — Pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Ċaħda ta’ talba intiża sabiex jinkiseb it-trattament kunfidenzjali ta’ informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni bis-saħħa tal-komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tagħha — Obbligu ta’ motivazzjoni — Kunfidenzjalità — Sigriet professjonali — Aspettattivi leġittimi” )

    ĠU C 89, 16.3.2015, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.3.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 89/17


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2015 – Evonik Degussa vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-341/12) (1)

    ((“Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Suq Ewropew tal-perossidu tal-idroġenu u tal-perborat - Pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Ċaħda ta’ talba intiża sabiex jinkiseb it-trattament kunfidenzjali ta’ informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni bis-saħħa tal-komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tagħha - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kunfidenzjalità - Sigriet professjonali - Aspettattivi leġittimi”))

    (2015/C 089/17)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Evonik Degussa GmbH (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Steinle, M. Holm-Hadulla u C. von Köckritz, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, M. Kellerbauer u G. Meessen, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 3534 finali, tal-24 ta’ Mejju 2012, li tirrigwarda ċ-ċaħda ta’ talba għal trattament kunfidenzjali mressqa minn Evonik Degussa, skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-President tal-Kummissjoni 2011/695/UE, tat-13 ta’ Ottubru 2011, dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (Każ COMP/38.620 – Perossidu tal-idroġenu u perborat).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Evonik Degussa GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż inkluż għal dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


    (1)  ĠU C 311, 13.10.2012.


    Top