Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0276

    Kawża T-276/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2015 – Chyzh et vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Bjelorussja — Iffriżar ta’ fondi — Rikors għal annullament — Terminu għall-adattament tat-talbiet — Inammissibbiltà parzjali — Entità miżmuma jew ikkontrollata minn persuna jew entità ikkonċernata mill-miżuri restrittivi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball ta’ evalwazzjoni”)

    ĠU C 398, 30.11.2015, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 398/30


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2015 – Chyzh et vs Il-Kunsill

    (Kawża T-276/12) (1)

    ((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Bjelorussja - Iffriżar ta’ fondi - Rikors għal annullament - Terminu għall-adattament tat-talbiet - Inammissibbiltà parzjali - Entità miżmuma jew ikkontrollata minn persuna jew entità ikkonċernata mill-miżuri restrittivi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ evalwazzjoni”))

    (2015/C 398/40)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Yury Aleksandrovich Chyzh (Minsk, il-Bjelorussja); Triple TAA (Minsk); NefteKhimTrading STAA (Minsk); Askargoterminal ZAT (Minsk); Bereza Silicate Products Plant AAT (Bereza, il-Bjelorussja); Variant TAA (Berezovsky, il-Bjelorussja); Triple-Dekor STAA (Minsk); KvartsMelProm SZAT (Khotislav, il-Bjelorussja); Altersolutions SZAT (Minsk); Prostoremarket SZAT (Minsk); AquaTriple STAA (Minsk); Rakovsky brovar TAA (Minsk); TriplePharm STAA (Logoysk, il-Bjelorussja) u Triple-Veles TAA (Molodechno, il-Bjelorussja) (rappreżentanti: D. O’Keeffe, solicitor, B. Evtimov, avukat, u M. Lester, barrister)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Naert u E. Finnegan, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/171/PESK, tat-23 ta’ Marzu 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 87, p. 95), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 265/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 87, p. 37), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 285, p. 1), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1017/2012, tas-6 ta’ Novembru 2012, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 307, p. 7), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/534/PESK, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2012/642 (ĠU L 288, p. 69), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1054/2013, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 288, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/750/PESK, tat-30 ta’ Ottubru 2014, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642 (ĠU L 311, p. 39), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1159/2014, tat-30 ta’ Ottubru 2014, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 311, p. 2), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

    Dispożittiv

    1)

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/171/PESK, tat-23 ta’ Marzu 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 265/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1017/2012, tas-6 ta’ Novembru 2012, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja huma annullati sa fejn dawn jirrigwardaw lill-Yury Aleksandrovich Chyzh, Triple TAA, NefteKhimTrading STAA, Askargoterminal ZAT, Bereza Silicate Products Plant AAT, Variant TAA, Triple-Dekor STAA, KvartsMelProm SZAT, Altersolutions SZAT, Prostoremarket SZAT, AquaTriple STAA, Rakovsky brovar TAA, TriplePharm STAA u Triple-Veles TAA.

    2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/750/PESK, tat-30 ta’ Ottubru 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2012/642, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1159/2014, tat-30 ta’ Ottubru 2014, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja huma annullati sa fejn dawn jirrigwardaw lill-NefteKhimTrading STAA, Askargoterminal ZAT, Bereza Silicate Products Plant AAT, Triple-Dekor STAA, KvartsMelProm SZAT, Altersolutions SZAT, Prostoremarket SZAT, AquaTriple STAA, Rakovsky brovar TAA u Triple-Veles TAA.

    3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/750/PESK, tat-30 ta’ Ottubru 2014, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1159/2014, tat-30 ta’ Ottubru 2014, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja huma annullati sa fejn dawn jirrigwardaw lill-Yury Aleksandrovich Chyzh, Triple TAA, Askargoterminal ZAT, Bereza Silicate Products Plant AAT, Triple-Dekor STAA, KvartsMelProm SZAT, Altersolutions SZAT, Prostoremarket SZAT, AquaTriple STAA, Variant TAA u Rakovsky brovar TAA.

    4)

    Ir-rikors huwa miċħud inkwantu inammissibbli sa fejn dan jirrigwarda l-annullament tad-Deċiżjoni 2013/534 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1054/2013, sa fejn dawn jirrigwardaw lill-Yury Aleksandrovich Chyzh, Triple TAA, Variant TAA u TriplePharm STAA.

    5)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    6)

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Yury Aleksandrovich Chyzh, Triple TAA, NefteKhimTrading STAA, Askargoterminal ZAT, Bereza Silicate Products Plant AAT, Triple-Dekor STAA, KvartsMelProm SZAT, Altersolutions SZAT, Prostoremarket SZAT, AquaTriple STAA, Variant TAA, Rakovsky brovar TAA, TriplePharm STAA u Triple-Veles TAA.


    (1)  ĠU C 250, 18.8.2012.


    Top