Ovaj je dokument isječak s web-mjesta EUR-Lex
Dokument 62012TA0058
Case T-58/12: Judgment of the General Court of 12 December 2013 — Nabipour and Others v Council (Common foreign and security policy — Restrictive measures against Iran with the aim of preventing nuclear proliferation — Freezing of funds — Restrictions on admission — Obligation to state reasons — Error of law — Error of assessment — Temporal adjustment of the effects of an annulment)
Kawża T-58/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ Diċembru 2013 — Nabipour et vs Il-Kunsill ( “Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward ta’ l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Restrizzjoni fuq l-ammissjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball ta’ liġi — Żball ta’ evalwazzjoni — Modulazzjoni fiż-żmien tal-effetti ta’ annullament” )
Kawża T-58/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ Diċembru 2013 — Nabipour et vs Il-Kunsill ( “Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward ta’ l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Restrizzjoni fuq l-ammissjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball ta’ liġi — Żball ta’ evalwazzjoni — Modulazzjoni fiż-żmien tal-effetti ta’ annullament” )
ĠU C 39, 8.2.2014., str. 16–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 39/16 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2013 — Nabipour et vs Il-Kunsill
(Kawża T-58/12) (1)
(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward ta’ l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Restrizzjoni fuq l-ammissjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ liġi - Żball ta’ evalwazzjoni - Modulazzjoni fiż-żmien tal-effetti ta’ annullament)
2014/C 39/27
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ghasem Nabipour (Teheran, l-Iran); Mansour Eslami (Madliena, Malta); Mohamad Talai (Hamburg, il-Ġermanja); Mohammad Moghaddami Fard (Teheran); Alireza Ghezelayagh (Singapor, Singapor); Gholam Hossein Golparvar (Teheran); Hassan Jalil Zadeh (Teheran); Mohammad Hadi Pajand (Londra, ir-Renju Unit); Ahmad Sarkandi (l-Emirati Għarab Magħquda); Seyed Alaeddin Sadat Rasool (Teheran); u Ahmad Tafazoly (Shanghai, iċ-Ċina) (rappreżentanti: S. Kentridge, QC, M. Lester, barrister, u M. Taher, solicitor)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropew (rappreżentanti: M.-M. Joséphidès, A. Varnav u A. De Elera, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 11), kif ukoll tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw ir-rikorrenti, u min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/270/PESK, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 156, p. 10), sa fejn din id-deċiżjoni tikkonċerna r-raba’ u d-disa’ rikorrenti.
Dispożittiv
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, hija annullata sa fejn din tinkludi l-ismijiet ta’ Ghasem Nabipour, Mansour Eslami, Mohamad Talai, Mohammad Moghaddami Fard, Alireza Ghezelayagh, Gholam Hossein Golparvar, Hassan Jalil Zadeh, Mohammad Hadi Pajand, Ahmad Sarkandi, Seyed Alaeddin Sadat Rasool u Ahmad Tafazoly fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK. |
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, huwa annullat sa fejn dan jinkludi l-ismijiet ta’ G. Nabipour, M. Eslami, M. Talai, M. M. Fard, A. Ghezelayagh, G. H. Golparvar, H. J. Zadeh, M. H. Pajand, A. Sarkandi, S. A. Sadat Rasool u A. Tafazoly fl-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007. |
(3) |
L-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010, huwa annullat sa fejn jikkonċerna lil G. Nabipour, M. Eslami, M. Talai, M. M. Fard, A. Ghezelayagh, G. H. Golparvar, H. J. Zadeh, M. H. Pajand, A. Sarkandi, S. A. Sadat Rasool u A. Tafazoly. |
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/270/PESK, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413, hija annullata sa fejn tikkonċerna lil M. M. Fard u A. Sarkandi. |
(5) |
L-effetti tad-Deċiżjoni 2011/783 u tad-Deċiżjoni 2013/270 għandhom jinżammu f’dak li jikkonċerna lil G. Nabipour, M. Eslami, M. Talai, M. M. Fard, A. Ghezelayagh, G. H. Golparvar, H. J. Zadeh, M. H. Pajand, A. Sarkandi, S. A. Sadat Rasool u A. Tafazoly, mid-dħul fis-seħħ tagħhom sad-dħul fis-seħħ tal-annullament parzjali tar-Regolament Nru 267/2012. |
(6) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
(7) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn G. Nabipour, M. Eslami, M. Talai, M. M. Fard, A. Ghezelayagh, G. H. Golparvar, H. J. Zadeh, M. H. Pajand, A. Sarkandi, S. A. Sadat Rasool u A. Tafazoly. |