This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012FN0129
Case F-129/12: Action brought on 31 October 2012 — ZZ v Parliament
Kawża F-129/12: Rikors ippreżentat fil- 31 ta’ Ottubru 2012 — ZZ vs Il-Parlament
Kawża F-129/12: Rikors ippreżentat fil- 31 ta’ Ottubru 2012 — ZZ vs Il-Parlament
ĠU C 26, 26.1.2013, p. 73–73
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 26/73 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2012 — ZZ vs Il-Parlament
(Kawża F-129/12)
2013/C 26/151
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: L. Levi, C. Bernard-Glanz, A. Tymen, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija tar-rikorrenti u tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba għal assistenza tagħha intiża għar-rikonoxximent ta’ fastidju psikoloġiku kif ukoll talba għad-danni.
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat; |
— |
tannulla d-deċiżjoni ta’ tkeċċija tar-rikorrenti tad-19 ta’ Jannar 2012; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-20 ta’ Marzu 2012, li tiċħad it-talba għal assistenza tar-rikorrenti tat-22 ta’ Diċembru 2011; |
— |
fejn ikun hemm bżonn, tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, tal-20 ta’ Lulju 2012, irċevuta fl-24 ta’ Lulju 2012, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tat-30 ta’ Marzu 2012 kontra d-deċiżjoni tat-tkeċċija tagħha; |
— |
fejn ikun hemm bżonn, tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, tat-8 ta’ Ottubru 2012, irċevuta fil-11 ta’ Ottubru 2012, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tat-22 ta’ Ġunju 2012 imressaq kontra d-deċiżjoni li tiċħad it-talba għal assistenza tagħha; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas ta’ EUR 120 000 bħala danni; |
— |
tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż kollha. |