This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012FN0056
Case F-56/12: Action brought on 22 May 2012 — ZZ v Commission
Kawża F-56/12: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Mejju 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni
Kawża F-56/12: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Mejju 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni
ĠU C 243, 11.8.2012, p. 34–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/34 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-56/12)
2012/C 243/58
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: EurAA Anwälte für Arbeitnehmer Rechtsanwaltsgesellschaft mbH, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma jitħallsux kontribuzzjonijiet fir-rigward tar-rikorrent lill-istituzzjoni tal-assigurazzjoni għax-xjuħija Ġermaniża jew lil dik tal-Unjoni Ewropea wara tmiem il-kuntratt tiegħu u matul il-perijodu li fih huwa kien qiegħed u talba għall-inklużjoni tar-rikorrent fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni Ewropea jew għat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tiegħu lill-istituzzjoni tal-assigurazzjoni għax-xjuħija Ġermaniża
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannulla d-Deċiżjoni Nru R/813/11, tal-24.2.2012, tal-awtorità kompetenti għall-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ xogħol tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea, |
— |
tikkundanna lill-konvenuta tinkludi lir-rikorrent, għall-perijodu mill-1.4.2008 sal-31.8.2009, fl-iskema ta’ pensjoni tax-xjuħija tal-uffiċjali u tal-membri tal-persunal l-oħra tal-Komunità Ewropea u tħallas il-kontribuzzjonijiet relatati, |
— |
sussidjarjament, tikkundanna lill-konvenuta tissottometti, quddiem l-istituzzjoni tal-assigurazzjoni għax-xjuħija Ġermaniża, għall-perijodu mill-1.4.2008 sal-31.8.2009, talba għall-assigurazzjoni a posteriori, u tħallas il-kontribuzzjonijiet relatati stabbiliti mil-liġi, |
— |
sussidjarjament, tiddikjara li l-konvenuta għandha tħallas lir-rikorrent, b’effett minn meta l-pensjoni tiġi likwidata, danni għal kumpens minħabba tnaqqis tal-pensjoni, u b’mod proporzjonali għal dan it-tnaqqis, għall-pensjoni li kien jirċievi r-rikorrent kieku tħallsu l-kontribuzzjonijiet bir-rata stabbilita mil-liġi lill-assigurazzjoni għax-xjuħija legali matul il-perijodu mill-1.4.2008 sal-31.8.2009. |