Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FN0028

    Kawża F-28/12: Rikors ippreżentat fid- 29 ta’ Marzu 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 174, 16.6.2012, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 174/31


    Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-28/12)

    2012/C 174/50

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

    L-annullament tad-deċiżjoni impliċita li tiċħad it-talba tar-rikorrent, l-ewwel nett, sabiex titħassar sentenza mir-rapport mediku datat it-28 ta’ Frar 2008, it-tieni nett, sabiex jintbagħat l-imsemmi rapport ikkoreġut f’dan is-sens lit-tabib magħżul mir-rikorrent, u t-tielet nett, sabiex titħassar, b’mod ġenerali, mill-fajl tal-inċident fuq ix-xogħol tar-rikorrent, kull informazzjoni li tikkonċerna l-fatt, liema fatt ir-rikorrent jallega li ma huwiex minnu, li t-trab li r-rikorrent kellu kuntatt miegħu finalment irriżulta li kienu trabijiet bojod ta’ kopja ta’ ġurnal li r-rikorrent kien abbonat għalih.

    Talbiet tar-rikorrent

    jannulla d-deċiżjoni li tiċħad it-talbiet tar-rikorrent magħmula fit-23 ta’ Diċembru 2010;

    quatenus oportet, jannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tal-10 ta’ Lulju 2011 mid-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talbiet tar-rikorrent magħmula fit-23 ta’ Diċembru 2010;

    jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


    Top