EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FN0009

Kawża F-9/12: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Jannar 2012 — ZZ vs Il-Parlament

ĠU C 133, 5.5.2012, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/30


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2012 — ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-9/12)

2012/C 133/60

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: L. Lévi, M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

It-talba sabiex il-Parlament Ewropew jiġi kkundannat jikkumpensa danni materjali u morali allegatament imġarrba mir-rikorrenti minħabba nuqqasijiet imwettqa fl-amministrazzjoni tal-lista ta’ riżerva tagħha.

Talbiet tar-rikorrenti

jirrikonoxxi r-responsabbiltà extrakuntrattwali tal-Parlament għan-nuqqasijiet imwettqa fl-amministrazzjoni tal-lista ta’ riżerva tagħha;

jikkumpensa d-dannu materjali tar-rikorrenti evalwat, għall-perijodu minn Diċembru 2003 sa Diċembru 2011 għal EUR 749 449,3, flimkien mal-fondi ta’ rtirar, għall-perijodu sussegwenti sas-sena legali tal-irtirar, għall-ħlas ta’ kull xahar tal-ammonti netti li jikkorrispondu għll-pagi stabbiliti għall-uffiċjali tal-grad AD li jibdew mill-grad AD 9, skala 2, it-tieni sena, waqt li jieħu inkunsiderazzjoni karriera normali ta’ uffiċjal tal-istess grad, ikkompletat b’kontribuzzjonijiet korrispondenti għall-fond ta’ mard tiegħu. Kollu għandu jiġi miżjud bl-interessi moratorji bir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew miżjuda b’żewġ punti perċentwali;

jikkumpensa d-dannu morali tar-rikorrenti evalwat għal EUR 70 000;

jikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.


Top