Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FB0028

    Kawża F-28/12: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal- 25 ta’ Ġunju 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Talba għat-tħassir ta’ sentenza mir-rapport mediku — Inċident jew mard ikkaġunat mix-xogħol — Ċaħda impliċita tat-talba)

    ĠU C 252, 31.8.2013, p. 51–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 252, 31.8.2013, p. 31–31 (HR)

    31.8.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 252/51


    Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-28/12) (1)

    (Servizz pubbliku - Talba għat-tħassir ta’ sentenza mir-rapport mediku - Inċident jew mard ikkaġunat mix-xogħol - Ċaħda impliċita tat-talba)

    2013/C 252/93

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

    Suġġett tal-kawża

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex titħassar sentenza mir-rapport mediku tat-28 ta’ Frar 2008, sabiex jintbagħat rapport ġdid ikkoreġut f’dan is-sens lit-tabib magħżul mir-rikorrent, u sabiex titħassar ukoll, b’mod ġenerali, mill-fajl tal-inċident fuq ix-xogħol tar-rikorrent, kull informazzjoni li tikkonċerna l-fatt, liema fatt ir-rikorrent jallega li ma huwiex minnu, li t-trab abjad li r-rikorrent kellu kuntatt miegħu finalment irriżulta li kienu trabijiet bojod ta’ kopja ta’ ġurnal li r-rikorrent kien abbonat għalih.

    Dispożittiv tad-digriet

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

    (2)

    L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

    (3)

    L. Marcuccio huwa kkundannat iħallas lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 2 000.


    (1)  ĠU C 174, 16.6.2012, p. 31.


    Top