Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CO0168

    Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta' Ottubru 2012.
    Samir Hassan vs il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.
    Appell - Proċedura Sommarja.
    Kawża C-168/12 P(R).

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2012:674





    Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Ottubru 2012 — Hassan vs Il-Kunsill

    (Kawża C-168/12 P(R))

    “Appell — Proċeduri għal miżuri provviżorji — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji — Nuqqas ta’ urġenza”

    1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — “Fumus boni juris” — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Natura kumulattiva — Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni — Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika — Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 83(2); Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 22-25)

    2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Dannu gravi u irreparabbli — Oneru tal-prova — Dannu kkawżat minn miżuri li jipprevedu l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Elementi ta’ natura li juru dan id-dannu (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE) (ara l-punti 27, 28, 33, 38-40, 60)

    3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Dannu gravi u irreparabbli — Natura irreparabbli tad-dannu — Evalwazzjoni fuq il-bażi biss tal-inċertezza marbuta mal-kumpens għal dannu pekunjarju fil-kuntest ta’ eventwali rikors għad-danni — Inammissibbiltà (Artikolu 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 83(2)) (ara l-punti 77-81)

    Suġġett

    Appell ippreżentat kontra d-digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2012, fil-Kawża T-572/11 R, Hassan vs Il-Kunsill, li jiċħad it-talba għal miżuri provviżorji, b’mod partikolari, talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/515/PESK, tat-23 ta’ Awwissu 2011, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 218, p. 20), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 843/2011, tat-23 ta’ Awwissu 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 218, p. 1), sa fejn dawn it-testi jikkonċernaw lir-rikorrent.

    Dispożittiv

    1)

    L-appell huwa miċħud.

    2)

    S. Hassan huwa kkundannat għall-ispejjeż.

    Top