EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CN0534
Case C-534/12 P: Appeal brought on 23 November 2012 by Luigi Marcuccio against the order of the General Court (Third Chamber) delivered on 11 September 2012 in Case T-241/03 REV Marcuccio v Commission
Kawża C-534/12 P: Appell ippreżentat fit- 23 ta’ Novembru 2012 minn Luigi Marcuccio mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fil- 11 ta’ Settembru 2012 fil-Kawża T-241/03 REV, Marcuccio vs Il-Kummissjoni
Kawża C-534/12 P: Appell ippreżentat fit- 23 ta’ Novembru 2012 minn Luigi Marcuccio mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fil- 11 ta’ Settembru 2012 fil-Kawża T-241/03 REV, Marcuccio vs Il-Kummissjoni
ĠU C 71, 9.3.2013, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 71/5 |
Appell ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2012 minn Luigi Marcuccio mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fil-11 ta’ Settembru 2012 fil-Kawża T-241/03 REV, Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-534/12 P)
2013/C 71/08
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Luigi Marcuccio (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellant
— |
tannulla fl-intier tiegħu u mingħajr ebda eċċezzjoni, id-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Europea fil-11 ta’ Settembru 2012 fil-Kawża T-241/03 REV |
— |
prinċipalment,
|
— |
sussidjarjament, tirrinvija l-kawża de qua lill-Qorti Ġenerali sabiex, ex lege, din tagħti deċiżjoni ġdida dwar l-ammissibbiltà tat-talba tas-27 ta’ Diċembru 2011 u sabiex din suċċessivament tiddeċiedi, jekk meħtieġ, fuq il-mertu tal-kawża. |
Aggravji u argumenti prinċipali
(1) |
Errores in procedendo li jippreġudikaw l-interessi tal-appellant, li minnhom jirriżultaw errores in iudicando serji fosthom, inter alia, in-nuqqas assolut ta’ investigazzjoni u ta’ motivazzjoni tad-digriet appellat; (b) ksur tal-forom proċedurali sostanzjali; (ċ) ksur tal-prinċipju ta’ ġurisdizzjoni inderogabbli, fir-rigward tal-qorti kompetenti stabbilita minn qabel mil-liġi, sabiex tieħu konjizzjoni ta’ kawża; (d) ksur tad-dispożizzjonijiet tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 64(4) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, tal-Artikolu 127(1) u (2) tar-Regoli tal-Proċedura u fl-aħħar tad-dritt proċedurali ta’ natura potestattiva, li l-appellant għandu, li jipproponi lill-Qorti Ġenerali, fi kwalunkwe ħin, miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura relattiva għall-kawża de qua; |
(2) |
ksur tal-Artikolu 44(1) u (2) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; |
(3) |
ksur ta’ prinċipju ġenerali tad-dritt li jinsab f’sentenza tal-qorti tal-UE, jiġifieri s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fit-13 ta’ Ottubru 1977, fil-Kawża C-56/75 REV, Elz/CE; |
(4) |
nuqqas assolut ta’ investigazzjoni u ta’ motivazzjoni tad-digriet appellat, anki minħabba żnaturament u użu ħażin tal-fatti u tal-affermazzjonijiet tal-appellant. |