Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0485

    Kawża C-485/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil- 31 ta’ Ottubru 2012 — Maatschap T. van Oosterom en A. van Oosterom-Boelhouwer vs Staatssecretaris van Economische Zaken, Landbouw en Innovatie

    ĠU C 26, 26.1.2013, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.1.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 26/23


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-31 ta’ Ottubru 2012 — Maatschap T. van Oosterom en A. van Oosterom-Boelhouwer vs Staatssecretaris van Economische Zaken, Landbouw en Innovatie

    (Kawża C-485/12)

    2013/C 26/44

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    College van Beroep voor het Bedrijfsleven

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Maatschap T. van Oosterom en A. van Oosterom-Boelhouwer

    Konvenuta: Staatssecretaris van Economische Zaken, Landbouw en Innovatie

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 32 tar-Regolament Nru 796/2004 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li għandha dejjem issir verifika fuq il-post, qabel ma jkun jista’ jiġi deċiż, fuq il-bażi ta’ rittratti mill-ajru li jkunu ttieħdu sabiex tiġi evalwata dikjarazzjoni, li dikjarazzjoni ppreżentata minn bidwi hija ineżatta?


    (1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa (ĠU Edizzjoni speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 44, p. 243).


    Top