Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0443

Kawża C-443/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (ir-Renju Unit) fit- 3 ta’ Ottubru 2012 — Actavis Group PTC EHF, Actavis UK Ltd vs Sanofi

ĠU C 389, 15.12.2012, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (ir-Renju Unit) fit-3 ta’ Ottubru 2012 — Actavis Group PTC EHF, Actavis UK Ltd vs Sanofi

(Kawża C-443/12)

2012/C 389/07

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Actavis Group PTC EHF, Actavis UK Ltd

Konvenuta: Sanofi

Intervenjenti: Sanofi Pharma Bristol-Myers Squibb SNC

Domandi preliminari

(1)

X’inhuma l-kriterji sabiex jiġi stabbilit jekk “il-prodott ikun[x] protett minn privattiva bażika fis-seħħ” fis-sens tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 469/2009/KE (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament”)?

(2)

F’sitwazzjoni fejn għadd ta’ prodotti huma protetti bi privattiva bażika fis-seħħ, ir-Regolament, u b’mod partikolari l-Artikolu 3(c) tiegħu, jipprekludu lill-proprjetarju tal-privattiva milli jingħata ċertifikat għal kull wieħed mill-prodotti protetti?


(1)  Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU L 152, p. 1).


Top